• ID login
  • My Cases
  •  

Inklużjoni, Ugwaljanza u Ħarsien Soċjali


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Inklużjoni, Ugwaljanza u Ħarsien Soċjali > Solidarjetà Soċjali > Benefiċċji Soċjali > Min Iħaddem

Min Iħaddem

  • Ħlas Lura ta' Pagament Żejjed - Min iħaddem (DSS)

    Dan is-servizz jipprovdi l-faċilità lil min iħaddem li jirċievi ittra ta' avviż ta' ħlas żejjed b'rabta ma' talba għal tnaqqis gradwali tal-benefiċċji, iħallas online l-ammont dovut lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. L-informazzjoni pprovduta fl-ittra ta’ avviż għandha tintuża sabiex isir l-ħlas lura online tal-pagament żejjed.

  • Talba mill-Fond tal-Leave għall-Fostering (DSS)

    Kemm impjegati nisa kif ukoll irġiel huma intitolati għal erba’ (4) xhur leave għall-fostering għal kull ġenituru mhux għal kull wild taħt fostering, li jrid jittieħed sakemm it-tifel/tifla ikun/tkun għalaq/għalqet it-tmien (8) snin. L-ewwel xahrejn (2) jew tmien (8) ġimgħat mhumiex trasferibbli u huma eliġibbli għall-ħlas tal-benefiċċji. Filwaqt li t-tieni (2) xahrejn jew tmien (8) ġimgħat huma trasferibbli bejn il-ġenituri iżda ma jitħallsu ebda benefiċċju.

    L-Avviż Legali 201 tal-2022, jipprovdi li l-ewwel tmien (8) ġimgħat ta’ leave tal-ġenituri jitħallsu lil min iħaddem f’isem impjegati li huma foster parents iċċertifikati. Ir-rata tal-ħlas applikabbli hija r-rata tal-miżżewġin stabbilita għall-Benefiċċju tal-Mard.

    Min iħaddem għandu jitlob rifużjoni mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għal massimu ta' tmien (8) ġimgħat ta' perjodu ta' Fostering Leave f'erba' (4) pagamenti ta' ħlas ta' ġimagħtejn (2) kif għandu jiġi spjegat aktar 'il quddiem. L-ewwel erba' (4) ġimgħat li jistgħu jintalbu sakemm it-tifel/tifla ikun/tkun ikollu/ikollha erba' snin, jistgħu jintalbu jew separatament f'żewġ pagamenti ta' ġimagħtejn jew f'talba waħda ta' erba' ġimgħat għal Fostering Leave.

    Bħala kumpens il-Kontribuzzjoni għall-Fond tat-Trust tal-Maternità / Adozzjoni li daħlet fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 2015 permezz tal-Avviż Legali 257 tal-2015 (Att dwar it-Trusts u Trustees Kap. 331. ), Att dwar it-Trusts u Trustees Kap. 331.), għandha tiġi aġġustata biex tirrifletti l-intitolamenti tal-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja stabbiliti bl-Avviż Legali 201 tal-2022, tat-2 ta’ Awwissu 2022.

    Is-Servizz Pubbliku u l-Entitajiet tas-Settur Pubbliku, Awtoritajiet, Aġenziji u Korporazzjonijiet Pubbliċi huma eżenti mill-kontribuzzjoni ta’ din l-iskema. Madankollu, l-impjegati tas-Servizz Pubbliku u tas-Settur Pubbliku huma intitolati għal Leave għall-Fostering.

  • Talba mill-Fond tal-Leave tal-Ġenituri / Adozzjoni (DSS)

    Kull wieħed mill-ġenituri impjegati u anke ġenituri addottivi impjegati huma intitolati għal erba’ (4) xhur Leave tal-Ġenituri / Adozzjoni għal kull wild, li jrid jittieħed sakemm it-tifel/tifla ikun/tkun għalaq/għalqet it-tmien (8) snin. L-ewwel xahrejn (2) jew tmien (8) ġimgħat ta’ leave tal-ġenituri imħallas mhumiex trasferibbli bejn il-ġenituri u huma eliġibbli għall-ħlas tal-benefiċċji. Filwaqt li t-tieni xahrejn (2) jew tmien (8) ġimgħat ta’ leave tal-ġenituri bla ħlas jistgħu jiġu trasferiti bejn il-ġenituri, iżda ma jitħallas ebda benefiċċju.

     

    L-Avviż Legali 201 tal-2022, jipprovdi li l-ewwel tmien (8) ġimgħat ta’ leave tal-ġenituri / adozzjoni impjegati jitħallsu lil min iħaddem f’isem impjegati li jkunu ġenituri jew ġenituri adottivi. Ir-rata tal-ħlas applikabbli hija r-rata tal-miżżewġin stabbilita għall-Benefiċċju tal-Mard għal dik is-sena ta’ meta jittieħed il-leave tal-ġenituri.

     

    Min iħaddem għandu jitlob rifużjoni mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għal massimu ta' tmien (8)  ġimgħat ta' perjodu ta' leave tal-ġenituri / adozzjoni f'erba' (4) pagamenti ta' ħlas ta' ġimgħatejn (2) kif se jiġi spjegat aktar 'il quddiem. L-ewwel erba' (4) ġimgħat li jistgħu jintalbu sakemm it-tifel/tifla ikun/tkun ikollu/ikollha erba' (4) snin, jew separatament f'żewġ (2) partijiet ta' ġimgħatejn (2), jew f'talba waħda (1) ta' erba' (4) ġimgħat Leave tal-Ġenituri / Adozzjoni.

     

    Bħala kumpens il-Kontribuzzjoni għall-Fond tat-Trust tal-Maternità / Adozzjoni li daħlet fis-seħħ mill-4 ta’ Lulju 2015 permezz tal-Avviż Legali 257 tal-2015 (Att dwar Trusts u Trustees Kap. 331.), għandha tiġi aġġustata biex tirrifletti l-intitolamenti tal-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja stabbiliti bl-Avviż Legali 201. tal-2022, tat-12 ta’ Lulju 2022.

     

    Is-Servizz Pubbliku u l-Entitajiet tas-Settur Pubbliku, Awtoritajiet, Aġenziji u Korporazzjonijiet Pubbliċi huma eżenti mill-kontribuzzjoni ta’ din l-iskema. Madankollu, l-impjegati tas-Servizz Pubbliku u tas-Settur Pubbliku huma intitolati għal Leave tal-Ġenituri / Adozzjoni, imma mhux intitolat biex jiġi rifondat mill-Ministeru/Entità involuti.

  • Talba mill-Fond tal-Leave tal-Maternità / Adozzjoni (DSS)

    Il-Kontribut tal-Leave tal-Maternità li daħal fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 2015 permezz tal-Avviż Legali 257 tal-2015 (Att dwar Trusts u Trustees Kap. 331.) għandu jitħallas minn min iħaddem għall-impjegati kollha tiegħu fis-settur privat.

     

    Din l-iskema tapplika ukoll għal min jadotta tifel jew tifla.

     

    Is-Servizz Pubbliku u l-Entitajiet tas-Settur Pubbliku; L-Awtoritajiet, l-Aġenziji u l-Korporazzjonijiet Pubbliċi huma eżentati minn din l-iskema.

     

    Ir-rata tal-Kontribuzzjoni tal-Leave tal-Maternità hija 0.3% tal-paga bażika fil-ġimgħa kif ippubblikata fl-Avviż Legali 258 tal-2015 (Att dwar Trusts u Trustees Kap. 331.), li hija żieda mal-għaxar (10) Skeda tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). Din il-kontribuzzjoni trid titħallas kompletament minn min iħaddem u mgħandiex tiġi mnaqqsa mill-paga tal-impjegati.

     

  • Talba mill-Fond tal-Leave tal-Paternità / Paternità-Adozzjoni (DSS)

    Il-Leave tal-Paternità jgħodd għall-missirijiet, jew għat-tieni ġenitur, li jkunu impjegati. Ħaddiema li jkunu missirijiet jew it-tieni ġenituri ekwivalenti għandhom id-dritt għal għaxart (10) ijiem ta’ leave mix-xogħol fl-okkażjoni ta’ twelid ta’ wild jew adozzjoni. Dan il-leave ikun bi ħlas sħiħ mill-imgħallem lill-impjegat kkonċernat. 

    Min iħaddem għandu mbagħad jitlob rifużjoni mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-perjodu ta' għaxart (10) ijiem tax-xogħol Leave tal-Paternità.

    Bħala kumpens il-Kontribuzzjoni għall-Fond tat-Trust tal-Maternità / Adozzjoni, li daħlet fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 2015 permezz tal-Avviż Legali 257 tal-2015 (Att dwar Trusts u Trustees Kap. 331.), għandha tiġi aġġustata biex tirrifletti l-intitolamenti tal-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja hekk kif stabbiliti bl-Avviż Legali 201 tal-2022, tat-2 ta’ Awwissu 2022.

    Is-Servizz Pubbliku u l-Entitajiet tas-Settur Pubbliku, Awtoritajiet, Aġenziji u Korporazzjonijiet Pubbliċi, huma eżenti mill-kontribuzzjoni ta’ din l-iskema. Madankollu, l-impjegati tas-Servizz Pubbliku u tas-Settur Pubbliku huma intitolati għal Leave tal-Paternità/Adozzjoni.

  • 1
next
​​Freephone 153​
​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
servizz logo  
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2025