• ID login
  • My Cases
  •  

Inklużjoni, Ugwaljanza u Ħarsien Soċjali


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Inklużjoni, Ugwaljanza u Ħarsien Soċjali > Solidarjetà Soċjali > Benefiċċji Soċjali > Pensjonijiet Kontributorji

Pensjonijiet Kontributorji

  • Pensjoni tal-Invalidità (DSS)

    Il-Pensjoni tal-Invalidità tista’ tingħata lil individwi li jkunu ċċertifikati bħala inkapaċi li jkomplu fl-impjieg tagħhom bħala impjegati jew f’attività ta’ xogħol għal rashom minħabba marda serja, diżabilità fiżika jew diżabilità mentali. L-eliġibbiltà hija suġġetta ukoll għall-kundizzjonijiet meħtieġa tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali kif stipulat taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).

     

    Din il-pensjoni tista’ tingħata wkoll lil persuna li kellha talba għal Benefiċċju ta' Korriment aċċettata u ġiet iċċertifikata li sofriet aktar minn 90% diżabilità li tirriżulta mill-istess korriment jew marda li bdiet minn, jew matul l-impjieg tagħha jew okkupazzjoni.

     

    Jekk l-applikant/a j/tingħata l-Pensjoni tal-Invalidità, jingħataw Krediti tas-Sigurtà Soċjali meta isir l-assessjar għat-talba tal-pensjoni tal-irtirar.

     

    L-applikant/a j/trid j/tkun issottometta/iet mill-anqas sitt (6) xhur ċertifikati mediċi blu lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-invalidità tiegħu/tagħha, qabel tiġi sottomessa t-talba għall-Pensjoni tal-Invalidità.

     

    Għal dawk l-applikanti li jkunu impjegati mal-gvern, l-ewwel jiġu msejħin mill-Bord tad-Dipartiment tal-People and Standards (P&SD), u sussegwetament it-talba tagħhom titressaq quddiem il-Bord tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

     

    Għal informazzjoni dwar sitwazzjonijiet transkonfinali ikklikkja hawn.

  • Pensjoni tal-Irtirar - Valutazzjoni Tentattiva (DSS)

    Persuna tista’ titlob evalwazzjoni tentattiva ta' Pensjoni Kontributorja biex issir taf x'inhu d-dħul tal-pensjoni tagħha meta tirtira.

  • Pensjoni tal-Irtirar (DSS)

    Il-Pensjoni Kontributorja tal-Irtirar tingħata lil persuna li tkun laħqet l-età tal-irtirar tagħha.

  • Pensjoni tar-Romol (DSS)

    Il-Pensjoni Kontributorja tar-Romol tingħata lil persuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet rilevanti wara l-mewt tal-konjuġi/sieħeb/sieħba jew ex-konjuġi/ex-sieħeb/ex-sieħba.

     

    Għal informazzjoni dwar sitwazzjonijiet transkonfinali ikklikkja hawn.

  • Pensjonijiet Kontributorji - Ftehimiet Bilaterali (DSS)

    Malta stabbiliet bosta ftehimiet bilaterali ma’ pajjiżi oħrajn biex tikkoordina s-sistemi tas-sigurtà soċjali u tiżgura li individwi li jmorru minn pajjiż għal ieħor jistgħu jaċċessaw il-benefiċċji li huma intitolati għalihom. Dawn il-ftehimiet għandhom rwol kruċjali biex jipprovdu kopertura tas-sigurtà soċjali u jiġi evitat il-ħlas doppju tal-kontribuzzjonijiet.

  • 1
next
​​Freephone 153​
​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
servizz logo  
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2025