Ħarsa ġenerali​

Persuna tista’ titlob evalwazzjoni tentattiva ta’ Pensjoni Kontributorja biex issir taf x’inhu d-dħul tal-pensjoni tagħha meta tirtira.

X’se tingħata

Valutazzjoni tentattiva se tippreżenta lill-persuna li qegħdha tapplika bi:

  • Stampa ċara ta’ x'tista’ tkun il-pensjoni tas-Sigurtà Soċjali tagħha b’mod tentattiv.
  • Opportunità li tħallas kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali nieqsa f'każ ta’ nuqqasijiet fil-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali matul is-snin biex tkun tista’ ittejjeb ir-rata tal-pensjoni qabel ma tasal għal dak iż-żmien tal-pensjoni.
  • Rati differenti ta’ pensjoni f'età differenti ta' pensjoni.
  • Jekk persuna tkun eliġibbli għal pensjoni u iktar.

 

Eliġibbiltà​​

Kriterji ġenerali ta’ eliġibbiltà:

  • Il-persuna li tapplika trid tkun tallinqas tal-età ta’ ħamsa u ħamsin (55) sena qabel ma tilħaq l-età tal-pensjoni.
  • Il-persuna li tapplika kienet jew għadha impjegata u tħallas kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali qabel l-età tal-pensjoni tagħha.
  • Valutazzjoni Tentattiva ġdida tista' tintalab biss minn persuna assigurata taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) biss wara li jkunu għaddew tallinqas tmintax-il (18) xahar minn stima ta' rata ta' pensjoni preċedenti.

 

Kif tapplika​

Dokumentazzjoni

Dokumentazzjoni Ġenerali:

  • Ma tintalab l-ebda dokumentazzjoni partikolari, peress li l-evalwazzjoni tentattiva tar-rata tal-pensjoni hija kkalkulata fuq l-informazzjoni attwalment miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
  • Jekk il-persuna kienet jew bħalissa hija impjegata barra minn Malta, prova tal-kontribuzzjonijiet imħallsa barra l-pajjiż tkun meħtieġa.

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

applika