Ħarsa ġenerali​

Dan is-servizz jippermetti liċ-ċittadini joħorġu Dikjarazzjoni mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li tiċċertifika li ma rċevew l-ebda pagamenti ta’ benefiċċju tas-sigurtà soċjali f’sena speċifika f’dawn l-aħħar 5 snin, sad-data ta’ meta nħarġet id-Dikjarazzjoni.


Peress li dan huwa dokument elettroniku mhemmx bżonn ta’ firma. Intant, din id-Dikjarazzjoni ġġenerata mhiex FS3 u ma bhekk ma tistax tintuża għall-skopijiet ta’ taxxa.

X’se tingħata

  • Meta tagħżel Iġġenera Dikjarazzjoni tal-Ħlasijiet Maħruġa għal sena speċifika f’dawn l-aħħar ħames (5) snin, l-utent tingħatalu l-għażla sabiex iniżżel Dikjarazzjoni tal-Ħlasijiet Maħruġa f’format ta’ PDF. Meta tikklikkja fuq il-buttuna Ara d-Dikjarazzjoni tal-Ħlasijiet Maħruġa , l-utent jista’ jissejvja jew jipprintja din id-dikjarazzjoni. L-utent għandu ukoll l-għażla li jirċievi dan l-istess dokument b’email.
  • Jekk l-utent jagħżel li jirċievi d-dikjarazzjoni permezz tal-email, u tkun l-ewwel darba li qed jintuża dan is-servizz, jista’ jispeċifika l-indirizz tal-email u jiddeċiedi jekk iħallix dan l-inidirizz tal-email bħala dak li jrid li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jikkomunika bih. Wara l-użu sessegwenti tas-servizz, dan l-indirizz tal-email imniżżel jiġi muri awtomatikament.

Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Ċittadin li bħalissa mhuwiex benefiċjarju mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
  • Kont validu tal-e-ID maħruġ minn Identità Malta.

 

Kif tapplika​

The user must authenticate with an e-ID login and password to generate a Statement of no Earnings from the Department of Social Security.

applika