Ħarsa ġenerali​

Benefiċjarji ta’ Assistenza Soċjali li jibdew jaħdmu bi qligħ jistgħu jagħżlu l-iskema ta’ Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji jew jaqilgħu tal-inqas il-Paga Minima Nazzjonali jew aktar u jekk ikunu rċevew Assistenza Soċjali jew Għajnuna tal-Qgħad għal mill-inqas sena fl-aħħar tliet (3) snin. 

X’se tingħata

Ir-rata tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji mogħtija hija persentaġġ ta’ l-aħħar rata ta’ Benefiċċju Soċjali mogħti bl-esklużjoni ta’ bonuses:

  • 75% tar-rata tal-benefiċċju għall-ewwel sena.
  • 55% tar-rata tal-benefiċċju għat-tieni sena.
  • 35% tar-rata tal-benefiċċju għat-tielet sena.

Il-benefiċjarji jitħallsu bil-quddiem kull erba’ (4) ġimgħat.

Tista’ tagħmel użu minn Kalkulatur online sabiex tagħmel stima għall-intitolament tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

Applikant li beda jaħdem f’impjieg full-time u li jaqla’ mhux inqas mill-Paga Minima Nazzjonali, u li kien qed jirċievi benefiċċju mhux kontributorju għal perjodu ta’ sena fl-aħħar tliet (3) snin.

Kif tapplika​

Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.

applika