Ħarsa ġenerali​

L-Allowance Supplimentari ta’ Ltim tista’ tingħata lil persuna li tkun fdata bil-kura ta’ żagħżugħ, f’każ li l-ġenituri taż-żagħżugħ ikunu mejtin.

X’se tingħata

Il-Ħlas tal-Allowance ta’ Ltim titħallas kull erba’ (4) ġimgħat bil-quddiem.

Din l-allowance titħallas sakemm żagħżugħ ikollu bejn is-sittax (16) u l-wieħed u għoxrin (21) sena.

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Persuna li tkun fdata bil-kura ta’ żagħżugħ, f’każ li l-ġenituri taż-żagħżugħ ikunu mejtin.
  • Wieħed mill-ġenituri kien irreġistrat taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).
  • Wieħed mill-ġenituri kien ċittadin ta’ Malta qabel mewtu.

Kif tapplika​

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Dikjarazzjoni tal-Applikant/a u jekk applikabbli, tal-konjuġi. Ikklikkja hawn biex tniżżel id dikjarazzjoni.
  • Digriet tal-Qorti fir-rigward tal-kustodja tat-tfal.

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

applika