Ħarsa ġenerali​

L-Allowance Miżjuda għall-Carers tista’ tingħata lil persuna waħedha, miżżewġa, f’unjoni ċivili jew tikkoabita li għandha aktar minn tmintax-il (18) sena u tkun qed tieħu ħsieb il-kura ta’ membru tal-familja, b’dipendenza għolja, li jgħix fl-istess dar, fuq bażi full-time.

X’se tingħata

L-Allowance Miżjuda għal Carer titħallas kull erba’ (4) ġimgħat bil-quddiem.

Jekk l-applikant għal Allowance Miżjuda għal Carer kien jaħdem qabel ma applika għall-allowance, huwa jista’ jkun intitolat għall-krediti tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali.

Apparti krediti tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali, benefiċjari li jkunu qed jirċievu Allowance għal Carer, jkunu jistgħu ukoll iħallsu kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali li jkunu neqsin mir-rekord kontributorja tas-Sigurta’ Soċjali tagħhom. L-għan ta’ din l-iskema hu li jippermetti lill-applikanti, jew li jikkwalifikaw għall-penzjoni kontributorja, jew inkella biex itejbu ir-rata kurrenti jew prospettiva tal-pensjoni tagħhom. Ikklikkja hawn biex taqra aktar informazzjoni dwar din l-iskema.
 

Iklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Il-carer tista’ tkun persuna waħedha, miżżewġa, f’unjoni ċivili jew tikkoabita u li qed tieħu ħsieb il-kura ta' membru tal-familja waħdu (konjuġi jew tal-ġenitur tagħha; ħuha; oħtha; nannitha; zijuha; zijitha; missier jew omm tar-rispett jew ħuha jew oħtha tar-rispett) li jgħix fl-istess dar kif definit fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).
  • Il-carer għandu jkun taħt l-età tal-irtirar.
  • Jekk il-carer tkun laħqet l-età tal-irtirar tista tapplika għal dawn l-Allowances jekk tkun qed tieħu ħsieb fuq  bażi full-time u regolarment tal-ġenitur  tagħha,  ħuha, oħtha,  nannitha,  zijuha,  zijitha,  missier  jew  omm  tar-rispett jew ħuha jew oħtha tar-rispett u li tkun qiegħda tgħix fl-istess dar ta’ abitazzjoni ta’ dik il-persuna. F’dawn il-każijiet, il-carer tiġi medikament assessjata mill-bord multi-dixxiplinarju u trid toqgħod għall-iskrutinju tal-bord mediku fuq bażi regolari kull sena.
  • Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 90 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) japplikaw "Drittijiet Duplikati", fejn benefiċjarju ma jistax jirċievi żewġ (2) pensjonijiet; benefiċċji; assistenza jew allowance fl-istess ħin, iżda l-aħjar rata ta’ pensjoni; benefiċċju; assistenza jew allowance.
  • L-applikazzjoni għall-Allowance Miżjuda għal Carer mhux soġġetta għal Test tal-Meżżi.
  • Bord Multi Dixxiplinarju jiddeċiedi jekk il-każ in kwistjoni jaqax  fil-parametri mediċi għal ħlas ta’ din l-allowance wara valutazzjoni tal-Indiċi Barthel jew l-Eżami tal-Istat Mini-Mentali.
  • Persuna ta’ ‘l fuq minn ħamsa u tmenin (85) sena ma tidhirx quddiem il-Bord Mediku u tkun awtomatikament intitolata għall-Allowance Miżjuda għal Carers.
  • Jekk il-carer ikun impjegat qabel ma japplika għall-Allowance Miżjuda għall-Carers, huwa għandu d-dritt għall-krediti tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali jekk ikun:
    • ħallas total ta’ mija u sitta u ħamsin (156) kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali; u
    • ħallas jew ġie akkreditat b'medja ta’ mill-inqas ħmistax-il (15) kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali kull sena minn meta kiseb it-tmintax-il (18) sena tiegħu/tagħha.
  • Minħabba li jista jkun hemm sitwazzjonijiet fejn persuni li jkunu jgħixu flimkien ikollhom restrizzjonijiet legali sabiex jirregistraw il-koabitazzjoni tagħhom, se jkun qed jigi ntrodott tibdil sabiex persuni li jkun pruvat li ilhom jgħixu flimkien bħala koppja għal mill-inqas għaxar (10) snin, ikunu meqjusa bħala li jgħixu f’koabitazzjoni u għalhekk jistgħu jibdew jikkwalifikaw għall-Allowance Miżjuda għal Carers.

Kif tapplika​

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Ikklikkja hawn biex tniżżel ir-Rapport Mediku tal-pazjent li jimtela’ mit-tabib.

Kif tapplika

Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.

applika