• ID login
  • My Cases
  •  

Inklużjoni, Ugwaljanza u Ħarsien Soċjali


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Inklużjoni, Ugwaljanza u Ħarsien Soċjali > Solidarjetà Soċjali > Benefiċċji Soċjali > Xogħol, Inċentivi u Benefiċċji tal-Qgħad

Xogħol, Inċentivi u Benefiċċji tal-Qgħad

  • Assistenza għal Diżimpjieg (DSS)

    L-Assistenza għal Diżimpjieg tista’ tingħata lil persuna responsabbli tal-familja li tkun għalqet it-tlieta u għoxrin (23) sena u li tkun qed tirreġistra għax-xogħol taħt il-Parti 1 tar-Reġistru tad-Diżimpjieg. L-Assistenza għal Diżimpjieg ma tistax tingħata, jekk il-persuna qiegħdha tgħix ma’ konjuġi / sieħeb / sieħba li j/tkun f’impjieg.

  • Assistenza Sussidjarja għal Diżimpjieg (DSS)

    L-Assistenza Sussidjarja għal Diżimpjieg tista’ tingħata lil:

    • Persuna li għandha Status ta’ Protezzjoni Sussidjarja.
    • Persuna li mhix f’impjieg u li tissodisfa it-test tal-mezzi skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.)/a>.
    • Persuna waħeda jew Responsabbli tal-Familja li għandha aktar membri tal-familja jgħixu magħha.
  • Benefiċċju għal Diżimpjieg (DSS)

    Il-Benefiċċju għal Diżimpjieg jista’ jingħata lil persuna li tkun ħallset Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 1 jew tal-Klassi 2 u tkun qed tirreġistra taħt l-ewwel (1) Parti tar-Reġistru tal-Qgħad miżmum minn Jobsplus.

     

    Minn Jannar 2024 qed ssir riforma fil-Benefiċċju għal Diżimpjieg sabiex ir-rati jkunu aktar relatati mas-salarji jew il-qligħ li persuna kellha qabel spiċċat bla impjieg. B’hekk individwi milquta u l-familji tagħhom ikollhom sigurta’ finanzjarja aħjar waqt il-perjodu ta’ bla xogħol, anke jekk għal ftit ġimgħat.  Dan se jsir mingħajr ma jiddaħħlu xi diżinċentivi għax-xogħol.

     

    Għal informazzjoni dwar sitwazzjonijiet transkonfinali ikklikkja hawn.

  • Benefiċċju Speċjali għall-Diżimpjieg (DSS)

    Il-Benefiċċju Speċjali għal Diżimpjieg jista’ jingħata lil persuna li ħallset Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 1 jew tal-Klassi 2, tikkwalifika għall-Assistenza għal Diżimpjieg u hija persuna responsabbli tal-familja.

  • Benefiċċju ta' Waqt l-Impjieg (DSS)

    Il-Benefiċċju ta’ Waqt l-Impjieg huwa mmirat biex jassisti lill-koppji jew ġenituri waħedhom li jkunu jaħdmu u għandhom tfal taħt it-tlieta u għoxrin (23) sena, li għadhom dipendenti u jgħixu fl-istess residenza tagħhom.

     

    Dan il-benefiċċju mhuwiex applikabbli għal dawk li bħalissa qed jirċievu t-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji.

  • Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji - Ġenitur Singlu (DSS)

    Ġenituri waħedhom bi tfal taħt it-tlieta u għoxrin (23) sena, jingħataw Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji sakemm jaħdmu mill-inqas għaxar (10) sigħat fil-ġimgħa bir-rata tal-Paga Minima Nazzjonali fis-siegħa. F’każijiet simili, ir-rekwiżit li tkun irċeviet Assistenza Soċjali għal sena fl-aħħar tliet (3) snin, ma japplikax.

  • Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji - Miżżewweġ / Unjoni Ċivili / Koabittazjoni (DSS)

    Benefiċjarji li jirċievu Assistenza Soċjali jew Għajnuna tal-Qgħad jew Għajnuna għal Ġenitur Singlu jew Benefiċċju Speċjali tal-Qgħad għal perjodu ta’ sena fl-aħħar 3 snin u jiżżewwġu jew jingħaqdu f’Unjoni Ċivili jew jikkoabitaw (Kap. 571.) ma’ persuna impjegata li d-dħul tagħha huwa daqs il-Paga Minima Nazzjonali fil-ġimgħa jew aktar, jistgħu ikunu intitolati għal Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji.

  • Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji - Persuna Impjegata (DSS)

    Il-benefiċjarji tal-Assistenza Soċjali li jsibu mpjieg jistgħu jagħżlu li japplikaw għall-iskema ta’ Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji jekk jaqilgħu tal-inqas il-paga minima nazzjonali jew aktar, u jew ikunu rċevew l-Assistenza Soċjali jew l-Għajnuna għal Diżimpjieg jew Benefiċċju Speċjali għal Diżimpjieg għal mill-inqas sena (1) fl-aħħar tliet (3) snin.

  • Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji - Persuna Responsabbli tal-Familja b'Konjuġi / Sieħeb/a li Beda/Bdiet J/Taħdem (DSS)

    Il-benefiċjarji tal-Għajnuna Soċjali jistgħu jagħżlu l-iskema ta’ Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji f’każ li l-konjuġi/sieħeb/sieħba bdiet taħdem bi qligħ, j/taqla’ tal-anqas il-paga minima nazzjonali jew aktar u jekk il-benefiċjarju jkun irċieva l-Assistenza Soċjali għal mill-inqas sena fl-aħħar tliet (3) snin.

  • Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji - Persuna Tħaddem Lilha Nnifisha (DSS)

    Benefiċjarji ta’ Assistenza Soċjali li jibdew jaħdmu bi qligħ bħala persuni li jħaddmu lilhom infushom, jistgħu jagħżlu l-iskema ta’ Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju jekk jaqilgħu tal-inqas il-paga minima nazzjonali jew aktar, u jekk ikunu rċevew Assistenza Soċjali jew Għajnuna tal-Qgħad għal mill-inqas sena f’dawn l-aħħar tliet (3) snin.

  • 1
next
​​Freephone 153​
​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
servizz logo  
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2025