L-għan tas-servizz Social Work hu li jipprovdi sapport emozzjonali, gwida u assistenza lill-anzjani sabiex jibqgħu jgħixu ħajja attiva fil-komunità. Dan is-servizz jittratta ma’ każijiet ta’ xogħol soċjali, jipprovdi sapport lil klijenti, jiffaċilita l-immaniġġjar ta’ għajnuna personali, pjanijiet ta’ azzjoni, intervent fejn ikun hemm każ ta’ kriżi, assessjar fuq Home Help Service, u jsir koordinazzjoni ma’ sptarijiet ġerjatriċi u sptarijiet ta’ rijabilitazzjoni.
Rapporti fuq anzjani li għandhom kundizzjoni akuta u li jgħixu f’dar residenzjali huma wkoll parti minn dan is-servizz. It-Taqsima tas-Social Work, li tieħu ħsieb dan is-servizz, tinvestiga każijiet soċjali u tieħu azzjoni kif meħtieġ. Din it-taqsima tikkoordina wkoll mad-Dipartiment tas-Saħħa, il-pulizija, il-kunsilli lokali, il-kappillani u organizzazzjonijiet oħra fil-komunità.