• ID login
  • My Cases
  •  

Inklużjoni, Ugwaljanza u Ħarsien Soċjali


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Inklużjoni, Ugwaljanza u Ħarsien Soċjali > Solidarjetà Soċjali > Benefiċċji Soċjali > mySocialSecurity

mySocialSecurity

  • Applikazzjoni - Monitoraġġ (DSS)

    L-enfasi ta’ dan is-servizz hu li jgħatti viżabilità kemm lill-benefiċjarji, kif ukoll l-applikanti, dwar f’hiex waslu l-applikazzjonijiet jew benefiċċji applikati għalihom, ta’ dawn l-aħħar tnax-il (12) xahar. Dan jinkludi ukoll dettalji dwar benefiċċji li huma kurrenti u attivi, kif ukoll dawk li għadhom pendenti u li qed jistennew assessjar u awtorizzazzjoni mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

  • Applikazzjonijiet u Servizzi - A sa Z (DSS)

    Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali (DSS) joffri firxa usa ta’ applikazzjonijiet u servizzi online biex jiffaċilita l-aċċess għall-benefiċċji u servizzi varji. Dawn is-servizzi huma iddisinjata biex jgħinu lill-individwi u familji f’sitwazzjonijiet diversi tal-ħajja, biex jiġi żgurat li l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet ikunu fil-ħin u effiċjenti. Kemm jekk l-applikazzjoni tkun relatata mal-irtirar, maternità, diżabilitità jew xi benefiċċji soċjali ieħor, il-pjattaforma online tagħna tagħmilha aktar faċli għalik biex tapplika u tirċievi s-sapport li jkollok bżonn. Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għamilha faċli għaċ-ċittadini biex jaċċessaw l-applikazzjonijiet u s-servizzi online kollha f'post wieħed. Meta tikklikkja fuq il-link ipprovdut, tiġi dirett għal-lista kollha tal-applikazzjonijiet u servizzi b’mod alfabetiku mingħajr ma jkollok għalfejn tinnaviga permezz ta’ folji ta’ informazzjoni għal kull applikazzjoni jew servizz individwali.

  • Assistenza Online (DSS)

    L-għajnuna hija disponibbli għall-app tas-servizzi online mySocialSecurity. Kemm jekk għandek bżonn gwida dwar l-aċċess għal servizz online jew jekk għandek suġġeriment biex taqsam magħna, l-għajnuna esperta hija klikk 'l bogħod. Kull ma trid huwa li tibbukkja appuntament għal sejħa bil-Microsoft Teams. Membru infurmat mit-tim tal-Unità għall-Immaniġjar tal-Informazzjoni jipprovdi assistenza u jwieġeb kwalunkwe mistoqsija li jista' jkollok.

  • Ċertifikat Mediku Blu - Issottometti (DSS)

    Iċ-ċertifikat mediku blu għandu jimtela minn tabib u jista’ jiġi sottomess online lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fi żmien għaxart (10) ijiem mill-ewwel ġurnata tal-mard. L-uniċi eċċezzjonijiet aċċettati huma f’każijiet ta’ sptar jew trattament barra mill-pajjiż.

     

  • Ċertifikat Mediku Blu - Monitoraġġ (DSS)

    Dan is-servizz juri ċ-Ċertifikati Mediċi Blu ppreżentati lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali minn ħames (5) snin ilu. Iċ-ċertifikati mediċi blu huma elenkati skont is-sena u huma ppreżentati b’mod kronoloġiku.

    F’każ ta’ perjodu ta’ mard fit-tul, iċ-ċertifikat mediku blu għandu jiġi sottomess lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali kull erbatax (14)-il ġurnata.

    Persuna m’għandhiex għalfejn tissottometti l-kopja taċ-ċertifikat mediku blu lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, jekk il-perjodu ta’ mard huwa ta’ (tlett) 3 ijiem jew anqas. Għalhekk, wara din id-data, ċertifikat ta’ (tlett) 3 ijiem jew anqas mhux ser ikun elenkat f’dan is-servizz.

  • Ċertifikazzjoni tal-Benefiċċju - Benefiċjarji Barranin (DSS)

    Jekk inti benefiċjarju tas-sigurtà soċjali għal pensjoni tal-irtirar, pensjoni tal-invalidità, jew pensjoni tar-romol mħallsa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ta’ Malta u bħalissa qed tgħix u titħallas barra l-pajjiż tista’ tiġġenera ċ-ċertifikat tar-rata tal-benefiċċju online.

  • Dati tal-Pagamenti (DSS)

    Permezz ta' dan is-servizz, wieħed jista' jsib id-dati li fihom kull u kwalunkwe benefiċċju maħruġ mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa mħallas. Il-medda tad-dati hija għas-sena kurrenti.

  • Dettalji Bankarji (DSS)

    Permezz ta’ dan is-servizz tista’ tbiddel jew taġġorna d-dettalji bankarji kif miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ta’ kif titħallas għall-benefiċji. Jekk preżentament tirċievi l-pagamenti tal-benefiċji permezz ta’ ċekk, trid tbiddel id-dettalji sabiex tibda tirċievi l-pagament b’depożitu dirett fil-kont bankarju tiegħek. Jekk preżentament diġà qiegħed titħallas permezz ta’ depożiti bankarji diretti, tista’ tbiddel kemm il-bank kif ukoll in-numru tal-kont (Numru Internazzjonali tal-Kont Bankarju - IBAN).

    Tista’ tagħżel ukoll li tirċievi notifika permezz ta’ SMS bid-data tad-depożitu tal-benefiċċju tiegħek. Minn dan is-servizz ma tistax tbiddel id-dettalji sabiex titħallas permezz ta' ċekk.

  • Dettalji Personali - Aġġorna (DSS)

    Dan is-servizz jippermettilek taġġorna d-dettalji personali tiegħek bħal isem, kunjom, identifikazzjoni tas-sess, jew data tat-twelid mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Tista' tara dawn id-dettalji billi tikklikkja hawn. Dan huwa meħtieġ jekk dawn id-dettalji ma jaqblux ma’ dawk li hemm fuq il-Karta tal-Identità Maltija tiegħek. Id-dipartiment se jivverifika dawn id-dettalji mal-aġenzija tal-gvern Identità.
  • Dettalji Personali (DSS)

    B’dan is-servizz, persuna tista’ taċċessa u tara l-informazzjoni personali tagħha li bħalissa hija miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali (DSS). Madankollu, huwa importanti li wieħed jinnota li l-informazzjoni personali ma tistax tiġi emendata permezz ta’ dan is-servizz. Dan ifisser li persuna  għandha tirrevedu bir-reqqa l-informazzjoni ppreżentata biex tiżgura li hija preċiża u aġġornata.
     

  • 1
  • 2
  • 3
next
​​Freephone 153​
​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
servizz logo  
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2025