Ħarsa ġenerali​

Il-Fond għal għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn, jew kif inhu aktar magħruf bħala l-FEAD, huwa programm ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea li se jibqa’ għaddej sal-2020.

X’se tingħata

Minbarra li joffri għajnuna materjali lill-familji li huma l-aktar fil-bżonn jew vulnerabbli, il-FEAD jikkontribwixxi wkoll biex tintlaħaq waħda mill-għanjiet tal-Istrateġija Ewropea 2020, jiġifieri r-riduzzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Dan l-ikel jitqassam 3 darbiet fis-sena.

Eliġibbiltà​​

i) Familji li jirċievu beneffiċċji mhux kontributorji u jgħaddu mit-Test tal-Meżżi u li għandom 2 itfal jew iktar taħt l-età ta’ sittax-il sena

ii) Familji li għandhom 2 itfal jew iktar taħt l-età ta’ sittax-il sena u li għandhom dħul ta’ inqas minn 80% tal-Paga Minima Nazzjonali

iii) Familji li għandhom 2 itfal jew iktar taħt l-età ta’ sittax-il sena u li għandhom dħul li ma jaqbiżx il-Paga Minima Nazzjonali

iv) Familji (mhux persuni waħedhom) li jirċievu pensjoni tal-età mhux kontributorja

Il-Kategorji i, iii, u iv ser jirċievu l-istess valur tal-affarijiet tal-ikel f’kull tqassim (Pakkett A), filwaqt li l-kategorja ii u dawk kollha minn hawn fuq li għandhom iktar minn tlett itfal taħt l-età ta’ sittax-il sena ser jirċievu f’kull tqassim pakkett tal-ikel addizzjonali (Pakkett B) li jkun magħmul min-nofs l-affarijiet tal-ikel li wieħed isib f’Pakkett A.

Kif tapplika​

Il-persuna eliġibbli m’għandhiex għalfejn tissottometti applikazzjoni biex tibbenefika minn dan il-fond.

Il-pakketti tal-ikel jitqassmu minn 17-il ċentru mifruxa madwar Malta u Għawdex biex kemm jista’ jkun jiffaċilitaw il-ġbir tal-ikel ma’ dawk li huma eliġibbli.

Dawk kollha li ser jibbenefikaw minn dan il-programm ser jirċievu bil-quddiem ittra li tinfurmahom li huma eliġibbli kif ukoll jiġi indikat lilhom iċ-ċentru, id-dati u l-ħinijiet minn fejn jistgħu jiġbru l-pakkett/i tal-ikel tagħhom.