Overview
L-Iskema ta’ Distribuzzjoni tal-Ikel Iffinanzjat mill-Istat jew kif inhi aktar magħrufa bħala l-SFFD, se tingħata lin-nies l-iktar fil-bżonn, u hija ffinanzjata totalment mill-istat.
What You'll Get
Din l-iskema minbarra li toffri għajnuna materjali lil familji li huma l-aktar fil-bżonn jew vulnerabbli, se tikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis tal-faqar u l-esklużjoni soċjali.
Permezz ta’ din l-iskema jitqassam, lil min hu eliġibbli, ikel bi prodotti tajbin għas-saħħa u li jgħinu lil persuna biex iżżomm dieta bilanċjata u varjata.
Dan l-ikel jitqassam darbtejn fis-sena.
Eligibility
i) Persuni li jirċievu benefiċċju mhux kontributorju (Għajnuna għall-Qgħad, Benefiċċju Speċjali għall-Qgħad, Assistenza Soċjali, Bord ta’ Assistenza Soċjali, Allowance għal Ġenitur Waħdu mhux Miżżewweġ, Allowance għall-Carer, Allowance Miżjuda għall-Carer u Pensjoni tal-Età), li għandu tifel/tifla wieħed/waħda taħt is-16-il sena
ii) Persuni eliġibbli għal pensjoni mhux kontributorja li jikkwalifikaw mit-Test tal-Meżżi u li huma persuni waħedhom
iii) Persuni li jirċievu Benefiċċju ta’ Enerġija:
o Li jkollhom tifel wieħed biss taħt l-età ta’ 16-il sena
o Li jkollhom 2+ tfal taħt l-età ta’ 16-il sena
o Li jkollhom it-tfal kollha b’età ta’ AKTAR minn 16-il sena
o Li ma jkollhomx tfal
iv) Persuni li jirċievu pensjoni tad-diżabilità (Assistenza tad-Diżabilità, Assistenza għal Diżabilità Severa, Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa, Assistenza għall-Persuni b'Vista Batuta) u mhux f’impjieg
Application Requirements
Il-persuna eliġibbli m'għandhiex għalfejn tissottometti applikazzjoni biex tibbenefika minn din l-iskema.
Il-pakketti tal-ikel jitqassmu f’ċentri mifruxa madwar Malta u Għawdex biex jiffaċilitaw kemm jista’ jkun il-ġbir tal-ikel lil dawk li huma eliġibbli.
Dawk li jibbenefikaw minn dan il-programm jirċievu ittra bil-quddiem mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li tgħarrafhom li huma eliġibbli u tinfurmahom biċ-ċentru, id-dati u l-ħinijiet fejn jistgħu jiġbru l-pakkett. Din l-ittra għandha barcode biex tintuża għall-ġbir tal-oġġetti. Il-benefiċjarji jintalbu wkoll jiffirmaw ittra ta’ kunsens u dikjarazzjoni jekk hemm bżonn li tingħata xi għajnuna soċjali oħra.