Ħarsa ġenerali​

Dan il-kalkulatur huwa għodda li tippermettilek iddaħħal informazzjoni li minnha tinħadimlek projezzjoni mhux uffiċjali għall-Allowance tat-Tfal. L-Allowance tat-Tfal huwa mħallas lil kull familja residenti f'Malta li għandha tfal taħt kura u kustodja sħiħa li huma taħt is-16-il sena, jew sa 21 sena li huma studenti bla stipendju jew li qed jirreġistraw għall-ewwel darba. Dan il-kalkulatur jaħdem biss ir-rati għat-tfal taħt is-16-il sena.

X’se tingħata

Il-possibbilità li taħdem projezzjoni mhux uffiċċjali għall-Allowance tat-Tfal.

Eliġibbiltà​​

Il-pubbliku ġenerali.

Kif tapplika​

Imla l-formola online għall-kalkolu.
applika