Overview
Benefiċjarju li qed jirċievi l-Allowance tat-Tfal huwa obbligat li jirrapporta kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi marbuta mal-eliġibbiltà għall-allowance biex jikseb l-ammont korrett ta’ allowance.
What You'll Get
Ir-rata ta’ ħlas tal-
Allowance tat-Tfal tiġi riveduta skont il-bidla fiċ-ċirkustanza.
Il-pagament għal din l-allowance jitħallas kull 13-il ġimgħa bil-quddiem.
Agħfas hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Tista’ tagħmel użu minn kalkulatur onlajn sabiex tagħmel stima tal-intitolament għall-Allowance tat-Tfal.
Applikazzjoni tieħu madwar 4 ġimgħat sabiex tiġi ppoċessata jekk id-dokumenti mehmuża jkunu kif rikjesta.
Eligibility
Int trid tgħidilna dwar il-bidliet kollha fiċ-ċirkostanzi immedjatament, mhux l-inqas fejn:
Każ ta’ separazzjoni fil-proċess jew iffinalizzat, fejn id-dritt għall-Allowance tat-Tfal jiġi evalwat fuq id-dħul tal-ġenitur li miegħu jgħix/u l-minur/i
Bidla fil-kura u l-kustodja tat-tfal, fejn id-dritt għall-Allowance tat-Tfal jitħallas lill-ġenitur li għandu l-kustodja tat-tfal. F'ċerti każi, in-nanniet isiru intitolati għall-Allowance tat-Tfal jekk ikollhom il-kura u l-kustodja tat-tfal u jgħixu fl-istess dar
Kustodja konġunta, li biha kull ġenitur jirċievi 50% tal-intitolament tal-Allowance tat-Tfal
Bidla fl-istat ċivili minħabba żwieġ; unjoni ċivili; jew koabitazzjoni, fejn l-intitolament għall-Allowance tat-Tfal jiġi evalwat fuq id-dħul iddikjarat taż-żewġ ġenituri b'effett mid-data tal-bidla fl-istatus
Bidla fl-istat ċivili minħabba l-mewt ta’ wieħed mill-ġenituri, fejn id-dritt għall-Allowance tat-Tfal huwa rivalutat fuq id-dħul iddikjarat ta’ ġenitur wieħed b'effett mid-data tal-bidla fl-istatus
Wieħed mill-ġenituri jieqaf jaħdem, fejn id-dritt għall-Allowance tat-Tfal imbagħad jiġi evalwat mill-ġdid fuq dħul wieħed iddikjarat ta’ wieħed mil-ġenituri
Ġenitur isir intitolat għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, fejn id-dritt għall-Allowance tat-Tfal imbagħad jiġi evalwat mill-ġdid skont l-intitolament tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali
L-intitolament għall-Allowance tat-Tfal jingħata bħala rata fissa u d-dħul iddikjarat taż-żewġ ġenituri ma jaqbiżx il-limitu minimu għal kull sena ta’ stima, l-intitolament għall-Allowance tat-Tfal imbagħad jiġi rivalutat skont id-dħul iddikjarat taż-żewġ ġenituri
Application Requirements
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika