Ħarsa ġenerali​

Dan is-servizz juri ċ-Ċertifikati Mediċi Blu ppreżentati lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali minn ħames (5) snin ilu. Iċ-ċertifikati mediċi blu huma elenkati skont is-sena u huma ppreżentati b’mod kronoloġiku.

F’każ ta’ perjodu ta’ mard fit-tul, iċ-ċertifikat mediku blu għandu jiġi sottomess lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali kull erbatax (14)-il ġurnata.

Persuna m’għandhiex għalfejn tissottometti l-kopja taċ-ċertifikat mediku blu lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, jekk il-perjodu ta’ mard huwa ta’ (tlett) 3 ijiem jew anqas. Għalhekk, wara din id-data, ċertifikat ta’ (tlett) 3 ijiem jew anqas mhux ser ikun elenkat f’dan is-servizz.

X’se tingħata

Ladarba awtentikat, iċ-ċittadin se jaċċessa lista ta’ ċertifikati mediċi blu tiegħu / tagħha. Filwaqt li ċ-ċertifikati mediċi blu fihom infushom mhumiex indikazzjoni ta’ talbiet għal Benefiċċju għall-Mard, dawn iżda jipprovdu informazzjoni fuq iċ-ċertifikati sottomessi lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Huma biss dawk iċ-ċertifikati mediċi blu ta’ l-aħħar ħames (5) snin li jkunu ġew ivverifikati mis-sezzjoni tal-backoffice, li huma viżibbli b’dan is-servizz.

Kemm jekk it-talba għall-benefiċċju tal-mard ġietx ipproċessata jew le, int xorta tista’ taċċessa l-informazzjoni taċ-ċertifikat mediku blu, ta’ dawn l-aħħar ħames (5) snin. Din l-informazzjoni tinkludi: in-numru taċ-ċertifikat; id-dati tal-eżaminazzjoni tat-tabib, meta ħdimt l-aħħar, meta rritornajt għax-xogħol u meta d-dipartiment irċieva ċ-ċertifikat; jekk hemmx firma tal-benefiċjarju; id-dettalji ta’ isem it-tabib, in-numru tar-reġistrazzjoni tiegħu u l-firma; it-tip ta’ kundizzjoni medika u l-status ta’ tip ta’ ċertifikat.

Mis-servizz ta’ Servizzi Relatati ta’ Pagamenti, tkun tista’ tara l-ħlas tal-benefiċji għal mard ta’ dawn l-aħħar ħames (5) snin li jkunu relatati mas-sottomessjoni taċ-ċertifikat mediku l-blu. Intant, fejn hemm ftehim bejn min iħaddem jew kumpaniji u d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, fejn tali pagamenti ma jitħallsux lill-benefiċjarju, il-pagamenti ma jkunux viżibbli minn dan il-menu. Dawn jinkludu d-Dipartimenti tal-Gvern u xi Entitajiet, fejn l-impjegat ma jkollux tnaqqis mill-paga tiegħu/tagħha minħabba talbiet għall-benefiċċji tal-mard.

Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Kull ċittadin li jissottometti ċertifikat mediku blu għal mard ta’ erbat (4) ijiem jew aktar lid-Dipartiment tas-Siġurtà Soċjali.

Kif tapplika​

Kif taċċessa s-servizz

L-utent irid jawtentika sabiex jaċċessa s-servizz ta’ Ċertifikat Mediku Blu - Monitoraġġ. Biex tara pagamenti relatati, l-utent irid jaċċess is-servizz ta’ Servizzi Relatati ma’ Pagamenti fejn applikabbli.

applika