Ħarsa ġenerali​

B`mod faċli, il-kalkulatur tal-kontribuzzjoni tagħna għall-pensjoni tar-romol jista' jagħtik stima tal-intitolament għall-pensjoni f’każ li tormol. L-istima tingħata mil-lum. Dan il-kalkulatur onlajn huwa maħsub biss sabiex jagħti indikazzjoni approssimattiva tal-benefiċċju tal-pensjoni tiegħek ta’ armel/la.

X’se tingħata

Din mhijiex stima uffiċjali u m’hemm l-ebda garanzija li ser tirċievi dawn l-ammonti, speċjalment f’każ fejn iż-żewġ konjuġi għadhom ħajjin. F’dak il-każ fejn ikollok żewġ konjuġi superstiti, hemm l-emendi legali għall-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318) biex jaħseb għal Att dwar id-Divorzju li ġie attwat fl-2011. Din is-sitwazzjoni ma tistax tinħadem bil-kalkulatur u għalhekk il-preċiżjoni tal-proġezzjoni tal-benefiċċju tiddependi minn kemm l-informazzjoni mdaħħla tkun viċin tal-informazzjoni fattwali fil-futur.

Eliġibbiltà​​

Il-pubbliku ġenerali.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn għall-kalkolu.

Daħħal sett minimu ta' informazzjoni mandatorja bħala bażi għal determinazzjoni preċiża kemm jista` jkun tal-pensjoni potenzjali tiegħek.
applika