Ħarsa ġenerali​

Il-Benefiċċju għal-Leave tal-Maternità jista’ jingħata lil kull mara tqila.

X’se tingħata

Il-Benefiċċju għal-Leave tal-Maternità jitħallas sa massimu ta’ 4 ġimgħat.

Agħfas hawn għal Skeda ta’ Rati ta’ Benefiċċji u Assistenzi.

Eliġibbiltà​​

• L-applikanta trid tkun ta’ ċittadinanza Maltija jew miżżewġa/tikkoabita ma’ ċittadin Malti, tkun ċittadina ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, ċittadina ta’ pajjiż membru taċ-Ċarter Soċjali Ewropew, jew għandha status ta’ refuġjat u ordinarjament tirrisjedi f'Malta jew f'Għawdex.

• L-applikanta trid tkun ħadet iktar minn 14-il ġimgħa ta’ leave tal-maternità. Min iħaddem iħallas l-ewwel 14-il ġimgħa tal-leave tal-maternità filwaqt li l-4 ġimgħat l-oħra jitħallsu permezz ta’ dan il-benefiċċju.

• Jekk l-applikanta tkun impjegata casual jew part-time trid tipprovdi dikjarazzjoni mingħand min iħaddimha li tinkludi d-dati eżatti ta’ meta l-applikanta tħallset għal-leave tal-maternità.

• L-applikanta li tkun impjegata bħala għalliema u li titħallas għal vaganzi tas-sajf, tiġi mħallsa għal dan il-benefiċċju imma xorta trid tipprovdi ittra mingħand min iħaddimha li turi l-perjodu ta’ meta l-applikanta ħadet il-leave tal-maternità fil-perjodu tas-sajf.

• L-applikanta li tkun taħdem għaliha nnifisha (self-occupied), tista’ tapplika għal dan il-benefiċċju f’każ li tkun ħadet 18–il ġimgħa ta’ leave tal-maternità, u għaldaqstant tkun intitolata kemm għal benefiċċju tal-maternità kif ukoll għal benefiċċju tal-leave tal-maternità.

Dokumentazzjoni relatata:

- Protezzjoni u Privatezza tad-Data
- Rapport tal-Prinċipal u tat-Tabib
- Manwal ta' Użu

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

L-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa fi żmien 6 xhur minn meta l-applikanta tkun ħadet it-18-il ġimgħa tal-leave tal-maternità skont kif stipulat fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318). Il-benefiċċju jew parti minnu, jista’ jintilef jekk l-applikazzjoni tasal tard.
applika