Ħarsa ġenerali​

L-Allowance tat-Tfal tingħata lil koppji miżżewġa; koppji f’unjoni ċivili, koppji li qed jikkoabitaw; ġenituri separati jew emigranti li ġew lura Malta, u li għandhom il-kura u l-kustodja ta’ tfal taħt is-16-il sena.

X’se tingħata

Wara r-reġistrazzjoni tat-twelid tat-tarbija mar-Reġistru Pubbliku ta' Malta, jinbeda b’mod awtomatiku l-proċess sabiex tibda titħallas Allowance tat-Tfal. Il-benefiċjarju awtomatikament jingħata Allowance tat-Tfal ibbażat fuq ir-rata minima. Barra minn hekk tintbagħat ittra ta’ notifika lil ġenituri, fejn jintalbu kwalunkwe dettalji meħtieġa nieqsa għall-għoti tal-Allowance tat-Tfal, jekk dan ikun il-każ.

Il-Pagament għal din l-allowance titħallas kull 13-il ġimgħa bil-quddiem.

Biex tara l-iskeda tar-rati applikabbli, agħfas hawn.

Eliġibbiltà​​

  • Wieħed mill-ġenituri għandu jkun ċittadin ta’ Malta jew miżżewweġ lil ċittadin Malti, jew f’Unjoni Ċivili ma’ ċittadin Malti, jew ikun ċittadin ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadin ta’ pajjiż membru tal-Karta Soċjali Ewropea, jew ikollu status ta' refuġjat u jirrisjedi b'mod ordinarju f'Malta jew Għawdex
  • F’każ ta’ Ċittadini tal-Unjoni Ewropea fejn:
    • Wieħed mill-ġenituri huwa impjegat legalment f'Malta u l-ġenitur l-ieħor qed jgħix u hu bla xogħol f'pajjiż barrani, allura d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa obbligat li jħallas Allowance tat-Tfal
    • Wieħed mill-ġenituri huwa impjegat legalment f'Malta u l-ġenitur l-ieħor qed jgħix u qiegħed fuq leave bla ħlas f'pajjiż barrani, allura d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa obbligat li jħallas Allowance tat-Tfal
    • Wieħed mill-ġenituri huwa impjegat legalment f'Malta u l-ġenitur l-ieħor qed jgħix u huwa impjegat f'pajjiż barrani, allura dak il-pajjiż barrani huwa obbligat li jħallas Allowance tat-Tfal jekk il-minuri qed jgħix mal-ġenitur fil-pajjiż barrani. Jekk il-minuri qed jgħix mal-ġenitur li hu impjegat f'Malta, allura d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jkun kompetenti biex iħallas l-Allowance tat-Tfal, għalkemm il-ġenitur l-ieħor huwa impjegat barra l-pajjiż
  • F’każ ta’ Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi fejn:
    • L-applikant u t-tifel/tifla qed jgħixu f'Malta
    • Iż-żewġ ġenituri għandhom permessi residenzjali validi
    • Wieħed jew iż-żewġ ġenituri kienu qed/qegħdin jaħdmu għal minn tal-inqas fl-aħħar 6 xhur jew qed/qegħdin jirċievu Assistenza Soċjali/Assistenza Sussidjarja maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
  • L-Allowance tat-Tfal tista’ tingħata lil dawk li jagħmlu xogħol fuq il-Bastimenti Reġistrati Malta, bl-istess kundizzjonijiet taċ-Ċittadini tal-Unjoni Ewropea
  • L-applikant għandu jkun residenti ta’ Malta mill-inqas 3 xhur qabel id-data tal-applikazzjoni
  • Fil-każ ta’ kull wild, huwa dmir tal-missier u l-omm, jew fin-nuqqas tat-tnejn, tat-tabib, kirurgu, qabla, jew xi persuna oħra li tkun qed tattendi mat-twelid, jew f’liema dar it-twelid ikun seħħ, biex fi zmien 15-il jum minn dan it-twelid jingħata avviż ta’ dan lir-Reġistru Pubbliku. Il-persuna li tittrażmetti l-avviż, għandha tippreżenta l-Karta tal-Identità tagħha u kull dokumentazzjoni pprovduta lilha mill-isptar
  • L-applikant għandu jinnotifika lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali (mhux aktar tard minn 6 xhur mill-okkorrenza) b’kull bidla f’ċirkostanzi bħal mewt, separazzjoni, żwieġ/konvivenza, bidla f’kustodja, bidla fl-indirizz, bidla fin-numru tal-kont tal-bank, jew terminazzjoni/bidu ta’ impjieg

Formoli ta' Applikazzjoni:

  • Biex taċċessa l-formola għall-Allowance tat-Tfal (dħul fis-sena li jaqbeż l-ammont ta' €25,227) - Għall-perjodu mis-5 ta’ Jannar 2019 sat-3 ta’ Jannar 2020, agħfas hawn.
  • Biex taċċessa l-formola għall-Allowance tat-Tfal (dħul fis-sena li ma jaqbiżx l-ammont ta' €25,227) - Għall-perjodu mis-6 ta’ Jannar 2019 sat-3 ta’ Jannar 2020, agħfas hawn.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika