Ħarsa ġenerali​

L-Allowance Supplimentari ta’ Ltim tista’ tingħata lil persuna li tkun fdata bil-kura ta’ żagħżugħ, f’każ li l-ġenituri taż-żagħżugħ ikunu mejtin.

X’se tingħata

Il-ħlas tal-Allowance ta’ Ltim titħallas kull 4 ġimgħat bil-quddiem.

Din l-Allowance titħallas sakemm żagħżugħ ikollu bejn is-16 u 21-l sena.

Għall-iSkeda ta’ Rati ta’ Benefiċċji, jekk jogħġbok agħfas hawn .

Eliġibbiltà​​

• Persuna li tkun fdata bil-kura ta’ żagħżugħ, f’każ li l-ġenituri taż-żagħżugħ ikunu mejtin.

• Wieħed mill-ġenituri kien irreġistrat taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318).
• Weħed mill-ġenituri kien ċittadin ta’ Malta qabel mewtu.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola u ibgħatha lil:

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
38, Triq l-Ordnanza
Valletta VLT 1021

Alternattivament, tista’ wkoll tieħu l-applikazzjoni fl-eqreb Uffiċċju Distrettwali tas-Sigurtà Soċjali tiegħek.
applika