Ħarsa ġenerali​

Persuna tista’ tiġi eżentata milli tħallas Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 2 (kontribuzzjonijiet imħallsa minn persuni li jaħdmu għal rashom) minħabba dħul baxx. Ma jingħataw l-ebda krediti, u peress li tkun ingħatat l-eżenzjoni fuq dawn il-kontribuzzjonijiet, ma jistgħux jitħallsu qabel il-pensjoni (ħlas ta’ kontribuzzjonijiet neqsin).

X’se tingħata

Persuna tiġi ezentata milli tħallas Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 2.

Eliġibbiltà​​

• Persuna li timpjega lilha nnifisha li, għalkemm taħdem, il-qliegħ tagħha ma jkunx iżjed minn €910 fis-sena.

• Persuna waħedha li ma taħdimx u li d-dħul tagħha, minn interessi, dividenti, renti eċċ. ma jeċċedix €1005 fis-sena.

• Persuna impjegata għal inqas minn tmien siegħat fil-ġimgħa mal-istess persuna li tħaddimha li taqla’ inqas minn €17.50 fil-gimgħa.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola u ibgħatha lil:

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
38, Triq l-Ordnanza
Valletta VLT 1021

Alternattivament, tista’ wkoll tieħu l-applikazzjoni fl-eqreb Uffiċċju Distrettwali tas-Sigurtà Soċjali tiegħek.
applika