Assistenza għall-Persuni b'Vista Batuta tingħata lil persuna li jkollha 14-il sena jew aktar li hija kompletament jew parzjalment nieqsa mid-dawl.
Assistenza għall-Persuna b'Vista Batuta titħallas kull 4 ġimgħat bil-quddiem.
Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- L-applikant jrid ikollu 14-il sena jew aktar
- Applikant li kien eliġibbli għal Allowance għat-Tfal b'Diżabilità qabel l-età ta’ 14-il sena xorta jista’ jiġi eżaminat minn bord mediku.
- Applikazzjoni għall-Assistenza għal Persuna b’Vista Batuta mhux soġġetta għal Test tal-Meżżi Kapitali. Għalhekk applikant jista’ jkun qed iwettaq xogħol bi qligħ. Minn Jannar 2022, l-applikant ma jsirlux test tal-meżżi tad-dħul fil-ġimgħa. Għalhekk kemm il-Meżżi Kapitali kif ukoll il-Meżżi tad-Dħul fil-Ġimgħa mhux se jiġu kkunsidrati
- Il-persuna tkun tbati mid-diżabilità qabel ma laħqet l-età ta’ 60 sena
- Persuna li tkun diġà qed tirċievi il-ħlas għall-Assistenza għall-Persuna b'Vista Batuta li tagħlaq 60 sena, jkollha ir-rata tagħha miżjuda għall-ekwivalenti tar-rata tal-Pensjoni tal-Età
- Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 90 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) japplikaw "Drittijiet Duplikati", fejn benefiċjarju ma jistax jirċievi żewġ pensjonijiet; benefiċċji; assistenza jew allowance fl-istess ħin, iżda l-aħjar rata ta’ pensjoni; benefiċċju; assistenza jew allowance
- Bord Mediku jiddeċiedi jekk il-każ in kwistjoni jaqax fil-parametri mediċi għal ħlas ta’ din l-assistenza
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Kopja tal-karta tal-identità
- Rapport Mediku minn Speċjalista dwar il-Vista Batuta li jista’ jitniżżel billi tikklikkja hawn
Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.
Timeline
[{"Id":"09c03950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":4,"AddressName":"Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali","AddressLine1":"38,","AddressLine2":"Ordnance Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Il-Belt Valletta","AddressPostalCode":"VLT 1021","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"153","AddressEmail":"social.security@gov.mt","Duration":"Xahar"},{"Id":"19d23950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni","StageNumber":2,"AddressName":"Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali","AddressLine1":"38,","AddressLine2":"Ordnance Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Il-Belt Valletta","AddressPostalCode":"VLT 1021","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"153","AddressEmail":"social.security@gov.mt","Duration":"8 ijiem"},{"Id":"59db3950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Provvista tas-Servizz","StageNumber":5,"AddressName":"Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali","AddressLine1":"38,","AddressLine2":"Ordnance Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Il-Belt Valletta","AddressPostalCode":"VLT 1021","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"153","AddressEmail":"social.security@gov.mt","Duration":"Xahar u nofs"},{"Id":"4584225a-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":1,"AddressName":"Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali","AddressLine1":"38,","AddressLine2":"Ordnance Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Il-Belt Valletta","AddressPostalCode":"VLT 1021","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"153","AddressEmail":"social.security@gov.mt","Duration":null},{"Id":"8191225a-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":3,"AddressName":"Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali","AddressLine1":"38,","AddressLine2":"Ordnance Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Il-Belt Valletta","AddressPostalCode":"VLT 1021","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"153","AddressEmail":"social.security@gov.mt","Duration":"5 ijiem"}]