Ħarsa ġenerali​

L-Allowance Supplimentari tingħata lil dawk il-kapijiet ta’ familja jew persuni waħedhom li għandhom dħul baxx.

X’se tingħata

Biex tara l-iskeda tar-rati applikabbli, agħfas hawn.

Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
  1. L-applikant għandu jkun residenti ta’ Malta għal mill-inqas 3 xhur qabel id-data tal-applikazzjoni
  2. Persuna waħedha li hija Kap tal-Familja u li bħalissa qed tirċievi Assistenza Soċjali jew Assistenza dwar Diżimpjieg jew kwalunkwe tip ta’ Pensjoni Kontributorja/Mhux Kontributorja jew Assistenza għal Diżabilità
  3. Persuna waħedha li hija Kap tal-Familja u li hija impjegata jew hija pensjonanta impjegata
  4. Persuna li għadha fl-istess dar mal-konjuġi/sieħeb jew sieħba tagħha
  5. Id-dħul totali li għandu jiġi kkalkulat m’għandux jaqbeż €13,798 fil-każ ta’ koppja u €9,701 fil-każ ta’ persuna waħedha
  6. Il-limitu tad-dħul huwa bbażat fuq id-dħul u l-emolumenti għas-Sena Bażi 2018; id-dħul minn Pensjoni Barranija għas-Sena Bażi 2019 u d-dħul minn Pensjoni Lokali għas-Sena Bażi 2020

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika