Il-Benefiċċju Speċjali għal Diżimpjieg jista’ jingħata lil persuna li ħallset Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 1 jew tal-Klassi 2, tikkwalifika għall-Assistenza għal Diżimpjieg u hija Kap ta’ Famiilja.
Il-Benefiċċju Speċjali għal Diżimpjieg jitħallas fuq basi ta’ 6 ijiem fil-gimgħa, u jkopri ħlas mit-Tnejn sas-Sibt.
Il-benefiċjarju huwa ntitolat li jitħallas sa massimu ta’ 156 ġurnata ta’ Benefiċċju għal Diżimpjieg. Ma’ dan kollu, il-ħlas huwa bbażat fuq in-numru l-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa mil-applikant qabel it-talba.
Agħfas hawn
għall-Iskeda ta’ Rati ta’ Benefiċċji u Assistenzi.
Applikazzjoni tieħu madwar 4 ġimgħat sabiex tiġi ppoċessata jekk id-dokumenti mehmuża jkunu kif rikjesta.
• L-applikant huwa l-Kap tal-Familja
• L-applikant irid ikun ħallas minn tal-inqas 50 Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 1 u/jew tal-Klassi 2 minn meta ġie reġistrat taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318) sad-data tal-Talba tal-Benefiċċju; kif ukoll ikun ħallas jew ġie akkredidat 20 Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali matul l-aħħar sentejn sħaħ qabel is-sena li fiha ssir it-Talba għall-Benefiċċju tad-Diżimpjieg
• L-applikant għandu jissodisfa t-Test tal-Mezzi Kapitali. Ir-riżorsi kapitali għal koppja m'għandhomx jaqbżu €23,300 u €14,000 għal persuna waħda
• Kull dħul li ġej minn Kirjiet; Interessi Bankarji minn Kapital, Stokks u Ishma; Manteniment; u kwalunkwe dħul ieħor derivat; m'għandux jeċċedi r-rata massima ta’ Assistenza għal Diżimpjieg skont il-familja
• Biex ikun intitolat għal 156 ġurnata sħiħa ta’ Benefiċċju għal Diżimpjieg, l-applikant għandu jissodisfa t-Testijiet tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali indikati hawn fuq u jkollu minimu ta' 156 Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali mħallsa
Dokumentazzjoni relatata:
- Għall-Protezzjoni u Privatezza tad-Dejta, agħfas hawn
.
- Għaċ-Ċertifikat Mediku, agħfas hawn.
- Għaċ-Ċertifikazzjoni tal-Ispeċjalista, agħfas hawn.
- Għad-Dikjarazzjoni ta’ Kera, agħfas hawn
.
- Għad-Dikjarazzjoni ta’ Riżorsi Kapitali, agħfas hawn
.
- Għad-Dikjarazzjoni dwar Kompożizzjoni tal-Familja, agħfas hawn.
- Għad-Dikjarazzjoni ta’ Korraborazzjoni, agħfas hawn.
- Għad-Dikjarazzjoni Konġunta, agħfas hawn.
- Għall-Manwal ta' Użu, agħfas hawn.
Imla l-formola online u ibgħatha.