Overview
Il-Benefiċċju għal Diżimpjieg jista’ jingħata lil persuna li tkun ħallset Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 1 jew tal-Klassi 2, u li tkun qed tirreġistra taħt l-1 Parti tar-Reġistru tal-Qgħad miżmum minn JobsPlus.
What You'll Get
Il-Benefiċċju għal Diżimpjieg jitħallas fuq bażi ta’ 6 ijiem fil-ġimgħa, u jkopri ħlas mit-Tnejn sas-Sibt.
Il-benefiċjarju huwa intitolat li jitħallas sa massimu ta’ 156 ġurnata ta’ Benefiċċju għal Diżimpjieg. Madankollu, il-ħlas huwa bbażat fuq in-numru ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa mil-applikant qabel it-talba.
Agħfas hawn
għall-Iskeda ta’ Rati ta’ Benefiċċji u Assistenzi.
Tista’ tagħmel użu minn kalkulatur onlajn
sabiex tagħmel stima tal-intitolament għall-Benefiċċju għal Diżimpjieg.
Applikazzjoni tieħu madwar 2 ġimgħat sabiex tiġi ppoċessata jekk id-dokumenti mehmuża jkunu kif rikjesti.
Eligibility
• Persuna li qed tirreġistra għall-impjieg taħt l-1 Parti tar-Reġistru tal-Qgħad miżmum minn JobsPlus
• L-applikant irid ikun ħallas minn tal-inqas 50 Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 1 u/jew tal-Klassi 2 minn meta ġie reġistrat taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318) sad-data tal-Talba tal-Benefiċċju; kif ukoll ikun ħallas jew ġie akkredidat 20 Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali matul l-aħħar sentejn sħaħ qabel is-sena li fiha ssir it-Talba għall-Benefiċċju għal Diżimpjieg
• Biex ikun intitolat għal 156 ġurnata sħiħa ta’ Benefiċċju għal Diżimpjieg, l-applikant għandu jissodisfa t-Testijiet tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali indikati hawn fuq u jkollu minimu ta' 156 Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali mħallsa jew kreditati qabel issir it-Talba
Application Requirements
L-applikazzjoni tiġi sottomessa awtomatikament meta persuna tkun qed tirreġistra taħt l-1 Parti tar-Reġistru tal-Qgħad miżmum minn JobsPlus.