Overview
Din hija skema li jistgħu jibbenefikaw minnha residenti Maltin li huma assigurati f’Malta għal skop ta’ Sigurtà Soċjali; fejn applikanti jkunu jistgħu jħallsu kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali li jkunu neqsin mill-istorja kontributorja tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet neqsin iridu jkunu f’perjodu/i ta’ impjieg fil-Libja bejn l-1990 u l-2018. L-għan ta’ din l-iskema hu li jippermetti lill-applikanti, jew, li jikwalifikaw għall-penzjoni kontributorja, jew inkella biex itejbu r-rata kurrenti jew prospettiva tal-penzjoni tagħhom.
What You'll Get
Taħt din l-iskema, applikanti eliġibbli se jkunu jistgħu jħallsu l-ammont massimu ta’ 520 kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali (ekwivalenti għall-perjodu massimu ta’ 10 snin assigurazzjoni), liema kontribuzzjonijiet neqsin ma jkunux neċessarjament fl-aħħar ħames snin ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni. Mhux permess li jitħallsu kontribuzzjonijiet arretrati għall-perjodu/i fejn l-applikanti ma jkunux residenti ordinarji f’Malta, u ma kienux f’impjieg fil-Libja.
Ir-rata applikabbli ta’ ħlas ta’ kontribuzzjonijiet arretrati hija r-rata standard tat-Tieni Klassi Rata SA, hekk kif tkun fis-sena li fiha jsir il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet arretrati.
Barra milli joħroġ kont ta’ kontribuzzjonijiet arretrati, id-dipartiment joħroġ ukoll stima approssimattiva ta’ kemm tkun ir-rata prospettiva tal-penzjoni sew; jekk jitħallsu l-arretrati u sew jekk le. L-applikanti jiġu infurmati ukoll jekk it-talba tagħhom tkun miċħuda, jew inkella jekk il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet arretrati ma jagħmel l-ebda differenza fir-rata prospettiva tal-penzjoni tagħhom.
Applikazzjoni tieħu madwar żewġ (2) ġimgħat sabiex tiġi ppoċessata jekk id-dokumenti mehmuża jkunu kif rikjesta.
Eligibility
• L-applikanti jridu jkunu residenti ordinarji f’Malta u jkun assigurabbli għal skop ta’ Sigurtà Soċjali f’Malta
• L-applikanti jrid ikollom 64 sena jew inqas (jiġifieri jkunu għadhom m’għalqux 65 sena fid-data tal-applikazzjoni)
• L-applikanti jrid ikollom provi dokumentati ta’ perjodu/i ta’ impjieg fil-Libja bejn l-1990 u l-2018
• F’każi fejn baqgħu jitħallsu l-kontribuzzjonijiet lill-aġenzija tas-Sigurtà Soċjali Libjana (I.N.A.S.) wara l-1990, ikun hemm bżonn ta’ provi dokumentati ta’ dawn il-ħlasijiet
• Armla li jkollha provi dokumentati ta’ perjodu/i ta’ impjieg fil-Libja bejn l-1990 u l-2018 tal-Konjuġi/Sieħeb/Sieħba
Application Requirements
Imla l-formola online u ibgħatha.
Timeline
[{"Id":"9f1d0c49-cd98-ed11-8107-005056861353","StageName":"Sottomissjoni ta' Applikazzjoni","StageNumber":1,"AddressName":"Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali","AddressLine1":"38,","AddressLine2":"Ordnance Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Il-Belt Valletta","AddressPostalCode":"VLT 1021","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"153","AddressEmail":"kuntattdss@gov.mt","Duration":null},{"Id":"b21d0c49-cd98-ed11-8107-005056861353","StageName":"Valutazzjoni ta' Applikazzjoni","StageNumber":2,"AddressName":"Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali","AddressLine1":"38,","AddressLine2":"Ordnance Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Il-Belt Valletta","AddressPostalCode":"VLT 1021","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"153","AddressEmail":"kuntattdss@gov.mt","Duration":"Ġurnata"},{"Id":"93400c4f-cd98-ed11-8107-005056861353","StageName":"Approvazzjoni ta' Applikazzjoni","StageNumber":3,"AddressName":"Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali","AddressLine1":"38,","AddressLine2":"Ordnance Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Il-Belt Valletta","AddressPostalCode":"VLT 1021","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"153","AddressEmail":"kuntattdss@gov.mt","Duration":"5 ijiem"},{"Id":"a6400c4f-cd98-ed11-8107-005056861353","StageName":"Provvista tas-Servizz","StageNumber":4,"AddressName":"Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali","AddressLine1":"38,","AddressLine2":"Ordnance Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Il-Belt Valletta","AddressPostalCode":"VLT 1021","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"153","AddressEmail":"kuntattdss@gov.mt","Duration":"10 ijiem"}]
applika