Ħarsa ġenerali​

L-iSkema ta’ Benefiċċji għal Aċċidenti Personali fuq ix-Xogħol, li ġiet varata mill-Ministeru għall-Finanzi mfl-1 ta’ Mejju 2019, tintuża sabiex jingħata kumpens lill-Impjegati ta’ Dipartimenti u Entitajiet tas-Servizz Pubbliku li jidhru fi Skeda A tal-iSkema, f’każ ta’ mewt jew diżabilità permanenti kkawzati minn aċċident waqt qadi ta’ xogħol jew servizz fuq il-post tax-xogħol.

X’se tingħata

Erba’ darbiet tas-salarju annwali fil-każ ta’ mewt jew f’każ ta' diżabilità permanenti skont l-iskala ta’ disabilita, sa 100% kif imkejla minn Bord Mediku, iżda mhux aktar minn €180,000.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok agħfas hawn

Eliġibbiltà​​

L-Impjegati kollha li jaħdmu mal-Forza tal-Pulizija ta’ Malta, mal-Forzi Armati ta’ Malta, mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, mas-Servizz tas-Sigurtà ta’ Malta, mas-Servizzi tal-Faċilitajiet Korrettivi ta' Malta u mad-Dipartiment tad-Dwana ta’ Malta li jsoffru mewt jew ġrieħi ta’ natura permanenti waqt qadi ta’ xogħol jew servizz fuq il-post tax-xogħol.

Kif tapplika​

In-notifika ta’ klejm għandha ssir mill-Kap tad-Dipartiment jew Entità tal-impjegat li korra jew mill-impjegat korrut innifsu (jew minn rappreżentant awtorizzat tagħhom) mhux aktar tard minn 14-il jum minn meta seħħ l-aċċident li kkawża l-ġrieħi jew il-mewt.

Il-formoli ta' applikazzjoni A u B għandhom jintbagħatu:

Lill-Maniġer
Skema ta’ Benefiċċji għal Aċċidenti Personali fuq ix-Xogħol
Ministeru għall-Finanzi
Maison Demandols
Triq Nofsinhar
Valletta VLT 1102
Jew fuq l-imejl: accbenscheme@gov.mt JEW themanager.oabs@gov.mt

Għall-Formola ta' Applikazzjoni B, agħfas hawn
applika