Overview
Kull tifel jew tifla li huma ċċertifikati li jbatu minn xi diżabilità fiżika u/jew mentali jistgħu jingħataw allowance. Din l-allowance hija separata mill-Allowance tat-Tfal.
What You'll Get
Biex tara r-rati applikabbli, agħfas
hawn
Eligibility
• L-applikant irid ikun ta’ ċittadinanza Maltija jew miżżewweġ/miżżewġa ma’ ċittadin ta’ Malta, jew ikun ċittadin ta’ xi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadin ta’ pajjiż membru taċ-Ċarter Soċjali Ewropew, jew għandu status ta’ refuġjat u ordinarjament jirrisjedi f'Malta jew f'Għawdex
o F’każ ta’ Ċittadini tal-Unjoni Ewropea fejn:
- Wieħed mill-ġenituri huwa impjegat legalment f'Malta u l-ġenitur l-ieħor qed jgħix u hu bla xogħol f'pajjiż barrani, allura d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa obbligat li jħallas Allowance tat-Tfal b'Diżabilità
- Wieħed mill-ġenituri huwa impjegat legalment f'Malta u l-ġenitur l-ieħor qed jgħix u qiegħed fuq leave bla ħlas f'pajjiż barrani, allura d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa obbligat li jħallas Allowance tat-Tfal b'Diżabilità
- Wieħed mill-ġenituri huwa impjegat legalment f'Malta u l-ġenitur l-ieħor qed jgħix u huwa impjegat f'pajjiż barrani, allura dak il-pajjiż barrani huwa obbligat li jħallas Allowance tat-Tfal b'Diżabilità jekk il-minuri qed jgħix mal-ġenitur fil-pajjiż barrani. Jekk il-minuri qed jgħix mal-ġenitur li impjegat f'Malta, allura d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jkun kompetenti biex jħallas l-Allowance tat-Tfal b'Diżabilità, għalkemm il-ġenitur l-ieħor huwa impjegat barra l-pajjiż
o F’każ ta’ Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi fejn:
- L-applikant u t-tifel/tifla qed jgħixu f'Malta
- Iż-żewġ ġenituri għandhom permessi residenzjali validi
- Wieħed jew iż-żewġ ġenituri qed/qegħdin jaħdmu minn tal-inqas fl-aħħar 6 xhur jew qed/qegħdin jirċievu Assistenza Soċjali/Assistenza Sussidjarja maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
• L-Allowance għat-Tfal b'Diżabilità tista’ tingħata lil dawk li jagħmlu xogħol fuq il-Bastimenti Reġistrati Malta, bl-istess kundizzjonijiet taċ-Ċittadini tal-Unjoni Ewropea
• F’każijiet ta’ problemi bil-vista, din l-allowance titħallas sakemm it-tifel/tifla b’diżabilità jilħaq/tilħaq l-età ta’ 14-il sena minħabba l-ħruġ tal-Assistenza għal persuni b’vista batuta. Filwaqt li għal diżabilitajiet oħra din l-allowance titħallas sakemm il-minuri jilħaq/tilħaq is-16-il sena minħabba l-ħruġ tal-Assistenza għal Diżabilità
• Ladarba tiġi rċevuta l-applikazzjoni, tiġi riferita lil Bord Mediku li jiddeċiedi jekk it-tifel/tifla huwiex/hiex eliġibbli għal din l-allowance. Il-Bord Mediku jista’ japprova din l-allowance sa 16-il sena jew għal perjodu ta’ żmien iqsar u predefinit fejn jintalab li t-tifel/tifla jerġa’ jiġi eżaminat mill-bord mediku. Id-deċiżjoni mill-bord mediku mhux appellabbli. Madankollu, wieħed jista’ jissottometti talba biex l-applikazzjoni tiġi kkunsidrata mil-ġdid billi tintbagħat ittra flimkien ma’ rapport mediku ddettaljat approvat minn tabib li jiddikjara l-kundizzjoni medika tat-tifel/tifla biex isostni l-każ li qed isir lid-Direttur Ġenerali (Sigurtà Soċjali)
Application Requirements
Timeline
[{"Id":"d5c03950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Provvista tas-Servizz","StageNumber":4,"AddressName":"Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali","AddressLine1":"38,","AddressLine2":"Ordnance Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Il-Belt Valletta","AddressPostalCode":"VLT 1021","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"153","AddressEmail":"kuntattdss@gov.mt","Duration":"38 jum"},{"Id":"f7d23950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Valutazzjoni ta' Applikazzjoni","StageNumber":2,"AddressName":"Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali","AddressLine1":"38,","AddressLine2":"Ordnance Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Il-Belt Valletta","AddressPostalCode":"VLT 1021","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"153","AddressEmail":"kuntattdss@gov.mt","Duration":"Xahar"},{"Id":"6785225a-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":1,"AddressName":"Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali","AddressLine1":"38,","AddressLine2":"Ordnance Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Il-Belt Valletta","AddressPostalCode":"VLT 1021","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"153","AddressEmail":"kuntattdss@gov.mt","Duration":null},{"Id":"4192225a-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Approvazzjoni ta' Applikazzjoni","StageNumber":3,"AddressName":"Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali","AddressLine1":"38,","AddressLine2":"Ordnance Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Il-Belt Valletta","AddressPostalCode":"VLT 1021","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"153","AddressEmail":"kuntattdss@gov.mt","Duration":"97 jum"}]
applika