Overview
Il-Benefiċċju tal-Enerġija huwa mmirat biex itaffi l-effett taż-żieda fl-infiq fuq il-kontijiet tal-ilma u l-elettriku ta’ familji bi dħul baxx.
Wara s-sottomissjoni tal-applikazzjoni tal-Benefiċċju tal-Enerġija, persuna tista’ tikkwalifika:
- Għal raġunijiet umanitarji (l-applikazzjoni tiġi riveduta mill-Bord Mediku Konsultattiv maħtur skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) sabiex tittieħed deċiżjoni)
What You'll Get
Persuna li tikkwalifika għall-Benefiċċju tal-Enerġija għal raġunijiet umaitarji, għandha tkun intitolata għal:
• ammont li jikkumpensa 80% tal-konsum tal-elettriku qabel l-eko-reduzzjoni, u
• jekk l-applikant jew il-konjuġi huma d-detentur tal-kont, ikunu intitolati għal sussidju ta’ mhux aktar minn €65 kull sena fuq il-kera tal-arloġġ tal-elettriku single phase jew mhux aktar minn €195 kull sena fuq il-kera tal-arloġġ tal-elettriku three phase, u sussidju ta’ mhux aktar minn €59 kull sena fuq il-kera tal-arloġġ tal-ilma
Il-Benefiċċju tal-Enerġija jitnaqqas direttament mill-kont tal-Ilma u l-Elettriku. L-ammont tal-Benefiċċju tal-Enerġija mnaqqas jidher fid-dettall fit-tieni paġna tal-kont. Dawk li huma eliġibbli għall-benefiċċju iżda m’għandhomx il-kont tal-ilma u tal-elettriku fuq isimhom, jirċievu ittra mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali bid-dettalji tal-Benefiċċju tal-Enerġija tagħhom.
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Kap tal-familja jagħti prova li membru tal-familja jbati minn kundizzjoni medika li teħtieġ użu ta’ ilma u elettriku eċċessiv
- Il-membru tal-familja għandu jkun residenti f'Malta b'mod permanenti
- Id-dħul tal-familja huwa inqas minn €30,911 fis-sena (Sena Bażi tas-sena preċedenti tal-applikazzjoni )
Kull tibdil fiċ-ċirkostanza għandu jiġi rrapportat immedjatament lid-Direttur Ġenerali (Sigurtà Soċjali). Jekk id-Direttur Ġenerali (Sigurtà Soċjali) ma jkunx infurmat dwar il-bidla fiċ-ċirkostanza, intitolament għall-benefiċċju jew parti minnu jista’ jintilef.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Kopja tal-aħħar kont tad-Dawl u l-ilma
- Ċertifikat Mediku dettaljat (Ċertifikat riċenti maħruġ mhux aktar minn 6 xhur qabel)
- Riċevuta jew Ftehim ta’ Kiri ta’ apparat mediku li qed jintuża (f’każ ta’ Ftehim ta’ Kiri dan m’għandux ikun maħruġ aktar minn 6 xhur qabel)
- Dikjarazzjoni tad-Dħul mill-Kiri ta’ Proprjeta’ (jekk applikabli)
- Dikjarazzjoni tal-Pensjoni tat-Teżor, Pensjoni tas-Servizz u/jew pensjoni oħra barranija (jekk applikabli)
- F’każ ta’ persuna taħdem bi qliegħ
- FS3 full-time/part-time tal-Kap tal-Familja u konjuġi/sieħeb/sieħba
- FS3 full-time/part-time tal-Applikant f’każ li ma jkunx il-Kap tal-Familja u/jew konjuġi/sieħeb/sieħba
- F’każ ta’ persuna taħdem għal rasha
- Profit and Loss Accounts tal-Kap tal- Familja u konjuġi/sieħeb/sieħba, kif ukoll tal-Applikant u/jew konjuġi/sieħeb/sieħba jekk applikabli
- Riċevuti tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Kap tal-Familja u konjuġi/sieħeb/sieħba, kif ukoll tal-Applikant u/jew konjuġi/sieħeb/sieħba jekk applikabli
- F’każ ta’ Diretturi/Shareholders ta’ Kumpaniji: Audited Final Accounts tal-Kap Familja u konjuġi/sieħeb/sieħba kif ukoll tal-Applikant u/jew konjuġi/sieħeb/sieħba jekk applikabli
Application Requirements
Imla l-formola online u ibgħatha.
Timeline
[{"Id":"d9c03950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Provvista tas-Servizz","StageNumber":4,"AddressName":"Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali","AddressLine1":"38,","AddressLine2":"Ordnance Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Il-Belt Valletta","AddressPostalCode":"VLT 1021","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"153","AddressEmail":"kuntattdss@gov.mt","Duration":"6 ijiem"},{"Id":"fbd23950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":2,"AddressName":"Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali","AddressLine1":"38,","AddressLine2":"Ordnance Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Il-Belt Valletta","AddressPostalCode":"VLT 1021","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"153","AddressEmail":"kuntattdss@gov.mt","Duration":"19 - il jum"},{"Id":"6b85225a-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":1,"AddressName":"Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali","AddressLine1":"38,","AddressLine2":"Ordnance Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Il-Belt Valletta","AddressPostalCode":"VLT 1021","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"153","AddressEmail":"kuntattdss@gov.mt","Duration":null},{"Id":"4592225a-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":3,"AddressName":"Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali","AddressLine1":"38,","AddressLine2":"Ordnance Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Il-Belt Valletta","AddressPostalCode":"VLT 1021","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"153","AddressEmail":"kuntattdss@gov.mt","Duration":"6 ijiem"}]
applika