Ħarsa ġenerali​

Appell jista' jiġi ppreżentat minn ċittadin Malti jew mhux Malti kontra deċiżjoni tad-Dipartiment tas- Sigurtà Soċjali quddiem l-Arbitru tas-Sigurtà Soċjali. Appell jista’ jsir biss fuq punt ta’ liġi jew prinċipju ta’ importanza li joħorġu mid-deċiżjoni tad-Dipartiment tas- Sigurtà Soċjali skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). L-appell għandu jiġi ppreżentat fi żmien 30 jum minn meta wieħed jiġi mgħarraf bid-deċiżjoni.

Malli jiġu vverifikati d-dettalji tintbagħat notifika bid-data tal-appell quddiem l-arbitru.

X’se tingħata

Ċans ta' appell kontra deċiżjoni tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

Eliġibbiltà​​

Appell jista' jiġi ppreżentat kontra kull deċiżjoni ħlief kontra deċiżjonijiet meħuda minn bord ta' tobba. Minkejja dan, appell jista’ jitressaq dwar applikazzjoni għal Pensjoni ta' Invalidità li tkun ġiet irrifjutata minħabba raġunijiet ta' saħħa.

Kif tapplika​

Appell jista’ wkoll jiġi ppreżentat f’isem l-appellant minn persuna ta’ fiduċja jew billi żżur wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov.

Imla u ssottometti l-appell online.

applika