Overview
Storikament, in-numru tar-reġistrazzjoni tas-sigurtà soċjali tiegħek huwa numru elenkat taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) li permezz tiegħu tħallas kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa jagħtuk dritt għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali provduti taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (KAP. 318.), soġġett għall-kundizzjonijiet ta’ intitolament li jeżistu għal kull tip ta’ benefiċċju. Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-kategoriji u l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li l-impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom/għalihom infushom iridu jħallsu, hawn.
Minn Ottubru tal-2016, in-numru ta’ reġistrazzjoni tas-sigurtà soċjali ma baqgħax joħroġ għall-persuni li għandhom fil-pussess tagħhom Karta tal-Identità permanenti Maltija (bl-ittri M, L, G, H) u joħroġ biss għall-persuni li mhumiex fil-pussess ta’ Karta tal-Identità permanenti Maltija.
L-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.), jipprovdi li kull persuna li tkun f’impjieg assigurabbli Malti bejn l-età ta’ 16 u 65 sena għandha tkun assigurata, u dan jinkiseb awtomatikament meta l-persuna tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali f’Malta. Tali rekwiżit obbligatorju jagħmel lil kull persuna assigurata eliġibbli biex titlob u tirċievi benefiċċji kontributorji tas-sigurtà soċjali, inkluża pensjoni tal-irtirar, soġġetta li tissodisfa l-kundizzjonijiet minimi tal-benefiċċju.
What You'll Get
Persuni li għandhom fil-pussess tagħhom Karta tal-Identità permanenti Maltija, ikunu awtomatikament reġistrati taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali (KAP. 318.) ladarba jkunu għalqu is-16–il sena. Persuni li mhumiex fil-pussess ta’ Karta’ tal-Identità permanenti Maltija u li għandhom età bejn 16–il sena u l-età tal-pensjoni, iridu japplikaw għal numru ta’ reġistrazzjoni tas-sigurtà soċjali. Dan in-numru jinħareġ darba biss u huwa validu matul il-ħajja tal-applikant.
Dawk il-persuni li għandhom fil-pussess tagħhom Karta tal-Identità permanenti Maltija, jirċievu ċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni awtomatikament ftit jiem qabel jagħlqu l-età ta’ 16–il sena.
Dawk li mhumiex fil-pussess ta’ Karta tal-Identità Maltija u li użaw il-formola elettronika biex applikaw, iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni jintbagħat permezz tal-indirizz elettroniku provdut fl-applikazzjoni ladarba l-kriterji tal-assikurazzjoni jintlaħqu.
Applikazzjoni tieħu madwar ġimagħtejn sabiex tiġi ppoċessata jekk id-dokumenti mehmuża jkunu kif rikjesti.
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Persuni li m’għandhomx fil-pussess tagħhom Karta tal-Identità permanenti Maltija għandhom jipprovdu d-dokumenti meħtieġa sabiex japplikaw għal numru tas-sigurtà soċjali. Ladarba l-applikazzjoni tiġi sottomessa, dawn ikunu soġġetti għal test ta’ assikurazzjoni
- Dawk l-istudenti li għadhom ma temmux l-iskola obbligatorja (sal-Form 5) u għadhom ma għalqux 16-il sena u jixtiequ li jibdew jaħdmu, iridu jissottomettu applikazzjoni lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER). L-applikazzjoni trid tkun iffirmata mill-ġenitur/i jew kustodja/i legali tal-istudent u minn min ser ikun qed iħaddem. Hekk kif l-applikazzjoni tiġi approvata mid-DIER, is-Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskola (NSSS) toħroġ ittra ta’ eżenzjoni mill-iskola li tintbagħat lill-ġenitur/i jew kustodja/i legali tal-istudent. Ikklikkja hawn biex tniżżel l-applikazzjoni għall-Eżenzjoni mill-Iskola u l-proċeduri relatati
Nota: L-applikazzjoni għal numru ta’ reġistrazzjoni għal skopijiet ta’ sigurtà soċjali ma jfissirx neċessarjament li inti tkun irreġistrat awtomatikament. Il-pożizzjoni tal-assikurazzjoni tiegħek trid tiġi determinata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Application Requirements
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Iċ-Ċittadini Maltin kollha (ħlief dawk minuri)
- Karta tal-Identità Maltija jew Passaport
- Iċ-Ċittadini Maltin kollha (ħlief dawk minuri)
- Karta tal-Identità Maltija jew Passaport
- Ċertifikat tat-Tluq mill-Iskola u Profil jew nota ffirmata mill-Kap tal-Iskola fejn jikkonferma li l-istudent temm l-iskola obbligatorja
- Eżenzjoni mill-Iskola mis-Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskola (NSSS) jekk il-minuri għadu ma temmx l-aħħar sena obbligatorja u għadu/ għadha ma għalaqx/ għalqetx l-età ta’ sittax-il sena.
- Iċ-Ċittadini kollha tal-UE (Impjegati jew jaħdmu għal rashom)
- Identifikazzjoni uffiċjali (bir-ritratt) maħruġ mill-pajjiż tagħhom u / jew Passaport
- Kopja tal-formola tal-ingaġġ ta’ JobsPlus jew ittra 'Promise of Employment' jew dokument simili li juri li l-applikant se jwettaq attività kemm jekk impjegat/jaħdem għal rasu f'Malta
- Ċittadini minn Pajjiżi mhux tal-UE (Impjegati)
- Karta tal-Identità Maltija (jekk disponibbli) u Passport
- Kopja tal-formola tal-ingaġġ ta’ JobsPlus jew ittra 'Promise of Employment' jew dokument simili li juri li l-applikant se jwettaq attività kemm jekk impjegat/jaħdem għal rasu f'Malta
- Kopja tal-Liċenzja tal-Impjieg
- Ċittadini minn pajjiżi li mhumiex membri tal-UE, miżżewġin ma’ Maltin jew Ċittadini tal-UE (Impjegati jew jaħdmu għal rashom)
- Karta tal-Identità Maltija (jekk disponibbli) u Passport
- Kopja tal-ittra mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u Espatrijati, li turi prova li l-applikant jista’ jaħdem jew jgħix liberament f'Malta (Libertà tal-Moviment)
- Kopja tal-formola ta' Ingaġġ ta' JobsPlus jew ittra 'Promise of Employment' (fil-każ ta' impjegati)
- Ċittadini minn Pajjiżi mhux tal-UE (li jaħdmu għal rashom)
- Karta tal-Identità Maltija (jekk disponibbli) u Passport
- Kopja tal-Formola tal-Impjieg-Liċenzja tax-Xogħol tal-JobsPlus
- Ċittadini minn Pajjiżi mhux tal-UE li għandhom permess biex jaħdmu f'Malta skont id-Direttivi tal-UE
- Karta tal-Identità Maltija (jekk disponibbli) u Passport
- Kopja tal-formola tal-ingaġġ ta’ JobsPlus jew 'Promise of Employment' (fil-każ ta' impjegati)
- Kopja tal-permess rilevanti għax-xogħol f'Malta taħt waħda mid-Direttivi tal-UE, li tkun viżibbli fuq id-dokument ta' identifikazzjoni tal-applikant (jew iċ-ċertifikat ekwivalenti tiegħu) li jinħareġ minn Identity Malta
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Timeline
[{"Id":"ddc03950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Applikazzjoni Approvat/Rifjutata","StageNumber":4,"AddressName":"Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali","AddressLine1":"38,","AddressLine2":"Ordnance Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Il-Belt Valletta","AddressPostalCode":"VLT 1021","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"153","AddressEmail":"social.security@gov.mt","Duration":"15 - il jum"},{"Id":"ffd23950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni","StageNumber":2,"AddressName":"Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali","AddressLine1":"38,","AddressLine2":"Ordnance Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Il-Belt Valletta","AddressPostalCode":"VLT 1021","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"153","AddressEmail":"social.security@gov.mt","Duration":"5 ijiem"},{"Id":"6f85225a-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":1,"AddressName":"Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali","AddressLine1":"38,","AddressLine2":"Ordnance Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Il-Belt Valletta","AddressPostalCode":"VLT 1021","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"153","AddressEmail":"social.security@gov.mt","Duration":null},{"Id":"4992225a-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Assessjar ta' Applikazzjoni","StageNumber":3,"AddressName":"Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali","AddressLine1":"38,","AddressLine2":"Ordnance Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Il-Belt Valletta","AddressPostalCode":"VLT 1021","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"153","AddressEmail":"social.security@gov.mt","Duration":"10 ijiem"}]
applika