Ħarsa ġenerali​

Id-dokument A1 jiċċertifika liema leġiżlazzjoni tas-Sigurtà Soċjali tapplika għal dak li jkollu l-formola. Ġeneralment tkun meħtieġa f'sitwazzjonijiet fejn persuna impjegata jew self-employed ikollha konnessjoni permezz tal-attività tax-xogħol tagħha ma' aktar minn pajjiż wieħed tal-UE. Skont ir-regoli tal-UE persuna tkun soġġetta biss għal-leġiżlazzjoni ta' pajjiż wieħed u tikkonferma li mhix soġġetta għal-leġiżlazzjoni ta' xi pajjiż ieħor li jkollha x'taqsam miegħu - fi kliem ieħor int ma tkunx obbligat li tħallas kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (inkluża assigurazzjoni tas-saħħa) f'pajjiżi oħra. L-A1 tibqa' valida sad-data li tiskadi fiha, murija fuq il-formola, jew sakemm tiġi rtirata mill-istituzzjoni li tkun ħarġitha.

X’se tingħata

Dokument A1 jiċċertifika li inti soġġett li tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek f'Malta waqt li tkun qed tagħmel attività ta' xogħol fi Stat Membru ieħor tal-UE. Hekk tkun eżentat milli tkun assigurat darbtejn.

Eliġibbiltà​​

Int eliġibbli għad-dokument A1 f'waħda minn dawn iċ-ċirkustanzi:

• Meta int tkun mibgħut minn min jimpjegak biex taħdem f'pajjiż ieħor tal-UE f'ismu għal perjodu massimu ta' 24 xahar. Dan jgħidulu posting.

• Meta int tkun normalment taħdem għal rasek f'pajjiż tal-UE u tmur tagħmel attività simili f'pajjiż ieħor għal perjodu massimu ta' 24 xahar

• Meta int tkun normalment taħdem f'aktar minn pajjiż wieħed tal-UE fl-istess żmien jew f'perjodi konsekuttivi

• Meta int tkun normalment taħdem għal rasek f'aktar minn pajjiż wieħed tal-UE fl-istess żmien jew f'perjodi konsekuttivi

• Meta int tagħmel attività sew bħala impjegat u sew għal rasek f'pajjiżi differenti tal-UE

• Meta tkun taħdem fis-Servizz Ċivili tagħmel attivitajiet f'aktar minn pajjiż wieħed tal-UE

Dokumentazzjoni relatata:

- Għall-Protezzjoni u Privatezza tad-Dejta, agħfas hawn .

- Għall-Kwestonarju għal min Iħaddem (Employers), agħfas hawn .

- Għall-Kwestonarju għal min Jaħdem għal Rasu (Self Employed), agħfas hawn .

- Għall-Manwal ta' Użu, agħfas hawn .

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika