Ħarsa ġenerali​

L-Għotja titħallas lil dik il-persuna reġistrata taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) iżda m’għandhiex Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali biżżejjed sabiex tikkwalifika għall-Pensjoni Kontributorja.

X’se tingħata

Il-ħlas ta' din l-Għotja huwa bbażat fuq in-numru ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa mill-persuna rreġistrata skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).

  • €200 tingħata lil persuna li ħallset bejn 50 u 259 kontribuzzjoni
  • €300 tingħata lil persuna li ħallset aktar minn 260 kontribuzzjoni

L-Għotja titħallas darba fis-sena. Jekk il-persuna twieldet wara l-1 ta' Jannar fis-sena li tikkwalifika, isir ħlas pro-rata għal dik is-sena.

L-Għotja tibqa' titħallas anke lil persuni ta' aktar minn 75 sena.

Eliġibbiltà​​

• Jekk il-persuna twieldet: o Bejn l-1952 u l-1955, l-għotja titħallas ta’ 62 sena o Bejn l-1956 u l-1958, l-għotja titħallas ta’ 63 sena o Bejn l-1959 u l-1961, l-għotja titħallas ta’ 64 sena o Fl-1 ta’ Jannar 1962 jew wara, l-għotja titħallas ta’ 65 sena

• Persuna ma tridx tkun akbar minn 75 sena

• Persuna li tkun ħallset aktar minn 50 Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali, iżda m’għandhiex kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali biżżejjed sabiex tikkwalifika għall-Pensjoni Kontributorja

Kif tapplika​

L-Għotja lil persuna li ma tikkwalifikax għall-Pensjoni Kontributorja tinħareġ awtomatikament. Dan isir jekk l-applikazzjoni għall-Pensjoni Kontributorja tiġi miċħuda mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fuq bażi, li min jagħmel it-talba ma jkollux l-ammont minimu ta' Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali biex jikkwalifika għal Pensjoni Kontributorja. Madankollu, f'dawk il-każijiet fejn id-dipartiment ma jkollux dettalji dwar il-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali imħallsa minn persuna, allura trid tiġi sottomessa applikazzjoni.

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika