Ħarsa ġenerali​

Il-Pensjoni Kontributorja tal-Irtirar tingħata lil persuna li tkun laħqet l-età tal-irtirar tagħha.

X’se tingħata

Il-Pensjoni Kontributorja tal-Irtirar titħallas kull 4 ġimgħat bil-quddiem.

Hemm 3 kategoriji ta’ pensjonijiet li persuna tista’ tirċievi:
• TTP - Pensjoni taż-Żewġ Terzi għal dawk il-persuni li ħallsu ammont ta’ kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali u jkollhom dħul iddikjarat
• RP - Pensjoni tal-Irtirar għal dawk li jirċievu l-Pensjoni tas-Servizz
• NMP - Pensjoni Minima Nazzjonali għal Persuni li ħallsu kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali qabel il-31 ta’ Jannar 1979. Madankollu persuna li ħallset kontribuzzjonijiet kemm qabel kif ukoll wara d-data msemmija tingħata l-pensjoni vvalutata bl-aħjar rata bejn NMP u TTP

Agħfas hawn għal Skeda ta’ Rati ta’ Benefiċċji u Assistenzi.

Tista’ tagħmel użu minn kalkulatur onlajn sabiex tagħmel stima tal-intitolament għall-Pensjoni Kontributorja tal-Irtirar tiegħek. (https://dssservices.gov.mt/CalculateRP.aspx?lang=mt)

Eliġibbiltà​​

Persuna tista’ tkun eliġibbli għal Pensjoni Kontributorja tal-Irtirar jekk tissodisfa s-sett ta' kundizzjonijiet statutorji. Il-kriterji li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti:

1. Jekk persuna titwieled:
• Bejn l-1952 u l-1955, l-età tal-irtirar hija ta’ 62 sena.
• Bejn l-1956 u l-1958, l-età tal-irtirar hija ta’ 63 sena.
• Bejn l-1959 u l-1961, l-età tal-irtirar hija ta’ 64 sena.
• Fl-1 ta’ Jannar 1962 jew wara, l-età tal-irtirar hija ta’ 65 sena.

Madankollu, persuna li tagħlaq il-61 sena tista’ tagħżel li tirtira kmieni kif ġej:
• 35 sena, kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa jew akkreditati għal persuna li twieldet fis-snin kalendarji 1952 sa 1961 (In-numru totali ta’ kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali meħtieġa għal dan il-perjodu huwa 1820).
• 40 sena, kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa jew akkreditati għal persuna li twieldet fis-snin kalendarji 1962 sa 1968 (In-numru totali ta’ kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali meħtieġa għal dan il-perjodu huwa 2080).
• 41 sena, kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa jew akkreditati għal persuna li twieldet fis-sena kalendarja fl-1 ta’ Jannar 1969 jew wara (In-numru totali ta’ kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali meħtieġa għal dan il-perjodu huwa 2132).

2. Il-persuna kienet impjegata jew taħdem għal rasha qabel l-irtirar.

3. Fid-data tal-irtirar, il-persuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet rilevanti tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali.

4. Il-Pensjoni Kontributorja tal-Irtirar tingħata mill-ġurnata ta’ wara d-data tal-irtirar.

Dokumentazzjoni relatata:

- Għall-Protezzjoni u Privatezza tad-Dejta, agħfas hawn .

- Għall-Manwal ta' Użu, agħfas hawn .

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

L-applikazzjoni tal-Pensjoni Kontributorja tal-Irtirar tinbeda awtomatikament mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tliet xhur qabel l-età tal-irtirar. Barra minhekk, tintbagħat ittra ta’ notifika lil pensjonant prospettiv fejn jintalbu kwalunkwe dettalji nieqsa għall-għoti tal-Pensjoni Kontributorja tal-Irtirar, jekk dan ikun il-każ. Jekk l-ittra ta’ notifika ma tasalx, jew persuna tagħżel li tapplika għal Pensjoni Kontributorja tal-Irtirar, il-persuna tista’ tagħmel dan billi tissottometti l-applikazzjoni preskritta.

It-talba għall-Pensjoni Kontributorja tal-irtirar trid issir fi żmien sitt xhur mid-data tal-irtirar. Meta t-talba ma ssirx f'dan il-perjodu, il-pensjoni titħallas b'effett mis-Sibt ta’ wara d-data li fiha tkun saret it-talba.
applika