Ħarsa ġenerali​

L-Għotja taż-Żwieġ tista’ tingħata lil persuna meta tiżżewweġ jew tingħaqad f’unjoni ċivili legalment.

X’se tingħata

L-Għotja taż-Żwieġ tingħata bħala somma sħiħa lil kull konjuġi eliġibbli.

Agħfas hawn għal Skeda ta’ Rati ta’ Benefiċċji u Assistenzi.

Eliġibbiltà​​

L-eliġibilità taqa’ taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 70 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318) u li jinkludu:

• Ċittadini Maltin li jkollhom residenza ordinarja f’Malta, u li jkunu ħadmu għall-6 xhur qabel id-data taż-żwieġ jew unjoni ċivili tagħhom. F’każ ta’ persuni li jerġgħu jiżżewwġu jew jingħaqdu f’unjoni ċivili, 26 kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali jridu jkunu ġew imħallsa mid-data tal-aħħar żwieġ jew unjoni ċivili

• Ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jkunu residenti permanenti f’Malta li jkunu ħadmu għall-6 xhur qabel id-data taż-żwieġ jew unjoni ċivili tagħhom

Kif tapplika​

Wara r-reġistrazzjoni taż-żwieġ jew unjoni ċivili mar-Reġistru Pubbliku ta' Malta, jinbeda b’mod awtomatiku l-proċess sabiex titħallas l-Għotja taż-Żwieġ mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Barra minn hekk, ittra ta’ notifika tista' tintbagħat lil benefiċjarju prospettiv li titlob kwalunkwe dettalji nieqsa meħtieġa għall-ħlas tal-Għotja taż-Żwieġ, jekk dan ikun il-każ.

Jekk persuna jixtieq japplika għall-Għotja taż-Żwieġ, l-applikazzjoni trid tasal fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sa 6 xhur mid-data taż-żwieġ jew unjoni ċivili skont kif stipulat fl-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali (Kap. 318).

Imla u ssottometti l-applikazzjoni onlajn.
applika