Ħarsa ġenerali​

Il-kap tal-familja li jirċievi l-Għajnuna Soċjali jew kontra t-Tuberkulożi jista' jkollu dritt għall-benefiċċju tal-Għotja għall-Ħalib jekk juri għas-sodisfazzjon tad-Direttur tas-Sigurtà Soċjali li hu jew xi membru ieħor fid-dar għandu l-kura u l-kustodja ta' tarbija li għandha anqas minn 40 ġimgħa u li għandha bżonn li tinfatam jew li tingħata ikel kumplimentari jew li ma tistax tieħu ħalib tas-sider għal raġunijiet mediċi.

X’se tingħata

Biex tara l-iskeda tar-rati applikabbli, agħfas hawn .

Eliġibbiltà​​

Il-miżżewweġ tal-benefiċjarja tal-għajnuna soċjali jew il-benefiċjarja stess tingħata Għotja għall-Ħalib għal perjodu ta' erbgħin ġimgħa jekk il-Panel Mediku jkun sodisfatt li l-persuni kkonċernati ma setgħux ireddgħu minħabba raġunijiet mediċi.

Kif tapplika​

Imla l-formola online u ibgħatha.
applika