Ħarsa ġenerali​

L-Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan tingħata lil persuni li għandhom 75 sena jew aktar

  • li għadhom jgħixu fid-dar tagħhom stess jew mal-qraba tagħhom
  • li jgħixu fi djar residenzjali privati

X’se tingħata

L-Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan hija pagament ta' darba u titħallas kull sena.

L-ammont ta' €300 jitħallas lil dawk l-anzjani li jkollhom 75 sena jew aktar fl-1 ta' Jannar tas-sena kurrenti, jew fuq bażi pro-rata mid-data tal-għeluq il-75 sena sal-aħħar tas-sena kurrenti.

L-anzjani li jkollhom 80 sena jew aktar ser jingħataw għotja ta’ €350.

Agħfas hawn għall-iSkeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà​​

Anzjani li għadhom jgħixu fil-komunità, jiġifieri:
i) Joqogħdu fir-residenza tagħhom f'Malta jew Għawdex;
ii) Joqogħdu ma' qrabathom fir-residenza tagħhom f'Malta u Għawdex.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika