Ħarsa ġenerali​

Il-Pensjoni Kontributorja tar-Romol tingħata lil persuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet rilevanti wara l-mewt tal-konjuġi/sieħeb/sieħba.

X’se tingħata

Il-Pensjoni Kontributorja tar-Romol titħallas kull 4 ġimgħat bil-quddiem.

Il-Pensjoni Kontributorja tar-Romol tingħata mill-ġurnata ta’ wara d-data tal-mewt tal- konjuġi/sieħeb/sieħba.

Hemm 3 kategoriji ta’ Pensjoni tar-Romol li persuna tista’ tirċievi:
• NMWP - Pensjoni Minima Nazzjonali tar-Romol mogħtija meta l-mejjet kien diġà qiegħed jirċievi pensjoni tal-irtirar

• ESRP - Pensjoni tas-Superstiti Bikrija mogħtija meta l-mejjet ikun għadu mhux qed tirċievi pensjoni tal-irtirar

•SRP – Pensjoni tas-Superstiti mogħtija meta il-persuna mejta kienet diġà qiegħeda tirċievi pensjoni tal-irtirar.

Agħfas hawn għal Skeda ta’ Rati ta’ Benefiċċji u Assistenzi.

Tista’ tagħmel użu minn kalkulatur onlajn sabiex tagħmel stima tal-intitolament għall-Pensjoni Kontributorja tar-Romol.

Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

Armel/Armla li għadu/għadha ma laħaqx/laħqitx l-età tal-irtirar j/tista’ j/tkun eliġibbli għal Pensjoni tar-Romol, jekk il-kriterji li ġejjin f’impjieg full-time ikunu sodisfatti.

Mal-mewt tal-konjuġi/sieħeb/sieħba jkun sodisfatt il-kundizzjonijiet minimi tal-kontribuzzjoni mil-konjuġi li gie nieqes. Il-Pensjoni tar-Romol titħallas b’mod sħiħ mingħajr tnaqqis jekk armel/armla j/tkun qiegħed/qiegħda twettaq okkupazzjoni bi qligħ fulltime.

Meta armel/armla j/terġà j/tiżżewweġ, j/titħallas rata fissa tal-Pensjoni tar-Romol Armel/Armla li j/tkun f’attività bi qligħ obbligat/a li j/tħallas il-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali jekk il-qligħ tiegħu/tagħha minn dik l-attività bi qligħ jaqbeż il-Paga Minima Nazzjonali.

Min iħaddem huwa obbligat iħallas il-bonuses statutorji kollha Jekk armel/armla jkollu/ha attività bi qligħ ta’ anqas mill-Paga Minima Nazzjonali, huwa/hija jista’/tista’ j/tagħżel li ma j/tħallasx il-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali Armel/Armla li j/tkun f’attività bi qligħ j/tkun eliġibbli għall-Pensjoni Kontributorja tar-Romol.

Mill-2018, l-armel/armla li j/tirċievi l-Pensjoni Kontributorja tar-Romol huwa/hija wkoll eliġibbli għal benefiċċji oħra bħal Benefiċċju ta’ Mard, jekk ikun hemm tfal minorenni għadhom jgħixu fid-dar dipendenti fuq l-armel/armla Armel/Armla li j/tkun laħaq/laħqet l-età tal-pensjoni u ma j/tkunx qed j/tirċievi pensjoni mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, j/tista’ j/tkun eliġibbli għall-Pensjoni Kontributorja tar-Romol jekk il-mejjet/mejta kien/kienet tirċievi Pensjoni Kontributorja. F’dan il-każ, l-armel/armla j/tkun intitulat/a għal 5/6 mir-rata sħiħa tal-pensjoni li kellu/a il-konjuġi/sieħeb/sieħba Armel/Armla li j/tkun laħaq/laħqet l-età tal-pensjoni imma kien/kienet diġa j/tirċievi Pensjoni Kontributorja mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, j/tista’ j/tkun intitulat/a għall-Pensjoni Kontributorja tar-Romol flok dik tal-Pensjoni Kontributorja kurrenti u r-rata tal-pensjoni tal-mejjet/mejta taċċedi dik tal-armel/armla. F’dan il-każ, l-armel/armla huwa/hija intitulat/a għar-rata sħiħa ta’ dak li l-konjuġi/sieħeb/sieħba kienet tirċievi, flok dik li l-armel/armla qed tirċievi bħala Pensjoni Kontributorja. Jekk il-Pensjoni Kontributorja tal-konjuġi/sieħeb/sieħba hija inqas minn dik li qed j/tirċievi l-armel/armla, dan/din j/tibqa’ tirċievi l-istess Pensjoni Kontributorja.

Dokumentazzjoni meħtieġa Dokumentazzjoni ġenerali:

• Fil-każ ta’ armla/armel separati irid jiġi ppreżentat l-Att ta’ Separazzjoni mehmuż man-notifikazzjoni jew applikazzjoni sottomessa.

• Fil-każ ta’ kopja f’Unjoni Ċivili irid jiġi ppreżentat Ċertifikat ta’ Unjoni Ċivili reġistrat u insinwat mir-Reġistru Pubbliku mehmuż man-notifikazzjoni jew applikazzjoni sottomessa.

• Fil-każ ta’ koppja f’koabitazzjoni irid jiġi ppreżentat Ċertifikat ta’ Koabitazzjoni reġistrat u insinwat mir-Reġistru Pubbliku mehmuż man-notifikazzjoni jew applikazzjoni sottomessa.

• F’każ li l-koabitazzjoni ma kinitx irreġistrata bejn l-2017 u l-2020 u wieħed mil-koabitanti ġie nieqes matul il-perjodu imsemmi, il-benefiċċjarju/a jrid/trid j/tipprovdi dokumenti li juru li kien/et ilu/ilha f’koabitazzjoni għal minimu ta’ 10 snin qabel il-mewt imsemmija In-numru tal-IBAN fejn għandu jsir id-depożitu tal-pensjoni, li għandu jkun kont lokali tat-tfaddil jew kurrenti u mhux kont ta’ self. Il-kont indikat għandu jkun f’isem l-armel/armla.

Kif tapplika​

Imla l-formola online u ibgħatha.

Wara r-reġistrazzjoni tal-mewt ta’ konjuġi/sieħeb/sieħba mar-Reġistru Pubbliku ta' Malta jew mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, jinbeda b’mod awtomatiku l-proċess sabiex tibda titħallas il-Pensjoni Kontributorja tar-Romol. Barra minn hekk tintbagħat ittra ta’ notifika lil armel/armla prospettiv/a, fejn jintalbu kwalunkwe dettalji meħtieġa nieqsa għall-għoti tal-Pensjoni Kontributorja tar-Romol, jekk dan ikun il-każ.

Jekk persuna ma tirċevix l-ittra ta’ notifika, persuna tagħżel li tapplika għal Pensjoni Kontributorja tar-Romol, din tista’ tagħmel hekk billi tissottometti applikazzjoni. L-applikazzjoni għal Pensjoni Kontributorja tar-Romol għandha tiġi sottomessa fi żmien 6 xhur mill-mewt tal- konjuġi/sieħeb/sieħba. Jekk jgħaddu aktar minn 6 xhur, il-pensjoni titħallas mill-ewwel Sibt wara d-data tat-talba.
applika