Ħarsa ġenerali​

Il-Benefiċċju ta’ Waqt l-Impjieg jitħallas lil koppji jew ġenituri waħedhom li jkunu impjegati u għandhom tfal taħt it-23-il sena, li għadhom dipendenti u jgħixu fl-istess residenza tagħhom. Dan mhux applikabbli għal dawk li bħalissa qegħdin jirċievu l-Benefiċċji tat-Tapering.

X’se tingħata

Il-Benefiċċju ta’ Waqt l-Impjieg jitħallas kull 3 xhur f’Jannar, April, Lulju u Ottubru. Pagament ta’ darba ta’ €250 għas-sena 2020 bħala Suppliment ta’ Waqt l-Impjieg, li jitħallas lil dawk il-benefiċjarji li jirċievu l-Benefiċċju ta’ Waqt l-Impjieg. Agħfas hawn agħfas għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji. Tista’ tagħmel użu minn Kalkulatur online sabiex tagħmel stima tal-intitolament għall-Benefiċċju ta’ Waqt l-Impjieg tiegħek.

Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-5 ta’ Ġunju 2020: • L-applikant jrid ikollu tfal taħt it-23 sena jgħixu fl-istess residenza miegħu • Dħul iddikjarat hu ibbażat fuq Sena Bażi 2019 • Ġenitur waħdu li l-qligħ nett annwali mill-impjieg tiegħu ikun bejn €6,600 u €17,130 jista’ jitħallas ir-rata sa massimu ta’ €1,350 fis-sena għal kull wild. Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-5 ta’ Ġunju 2020. • Koppja fejn it-tnejn jaħdmu u li l-qligħ nett annwali mill-impjieg tagħhom ikun ta’ bejn €10,000 u €24,630 u fejn il-qligħ nett ta’ wieħed minnhom ikun ta’ mhux inqas minn €3,000 fis-sena jistgħu jitħallsu sa massimu ta’ €1,300 fis-sena għal kull wild • Koppji fejn parti waħda biss tkun impjegata u bi qligħ nett annwali ta’ bejn €6,600 u €17,130, jistgħu jitħallsu sa massimu ta’ €550 fis-sena għal kull wild Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali mis-6 ta’ Ġunju 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020. •Koppja fejn it-tnejn jaħdmu u li l-qligħ nett annwali mill-impjieg tagħhom ikun ta’ bejn €10,000 u €24,630 u fejn il-qligħ nett ta’ wieħed minnhom ikun ta’ mhux inqas minn €3,000 fis-sena jistgħu jitħallsu sa massimu ta’ €1,300 fis-sena għal kull wild. • Ġenitur waħdu li l-qligħ nett annwali mill-impjieg tiegħu ikun bejn €6,600 u €18,200 jista’ jitħallas ir-rata sa massimu ta’ €1,400 fis-sena għal kull wild • Koppja fejn it-tnejn jaħdmu u li l-qligħ nett annwali mill-impjieg tagħhom ikun ta’ bejn €10,000 u €26,000 u fejn il-qligħ nett ta’ wieħed minnhom ikun ta’ mhux inqas minn €3,000 fis-sena jistgħu jitħallsu sa massimu ta’ €1,400 fis-sena għal kull wild • Koppji fejn parti waħda biss tkun impjegata u bi qligħ nett annwali ta’ bejn €6,600 u €22,000, jistgħu jitħallsu sa massimu ta’ €630 fis-sena għal kull wild.

Kif tapplika​

Imla l-formola online u ibgħatha.
applika