Ħarsa ġenerali​

L-iskema tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji (Tapering) hija maħsuba sabiex tħajjar lil persuni li jirċievu l-Għajnuna dwar Diżimpjieg (UA), Għajnuna Soċjali (SA) u Għajnuna Soċjali għal Ġenituri Waħedhom mhux Miżżewġa (SUP) biex jaħdmu. Dan il-benefiċċju jingħata għal perjodu ta' 3 snin għal dawk il-benefiċjarji li jiġu impjegati jew ukoll li jaħdmu għal rashom sakemm jaqilgħu l-paga minima nazzjonali jew aktar.

Wara l-Baġit tal-2015, din l-iskema ġiet estiża għal Ġenituri Waħedhom bi tfal taħt it-23 sena. F'dawn il-każi, il-benefiċċju jingħata għal perjodu ta' 3 snin għal ġenituri waħedhom li jiġu impjegati jew ukoll li jaħdmu għal rashom sakemm dawn jaħdmu tal-anqas 10 sigħat fil-ġimgħa u jaqilgħu rata ekwivalenti għall-paga minima nazzjonali.

X’se tingħata

Il-perċentwal imħallas lill-benefiċjarji jiġi kkalkolat biss fuq il-benefiċċju prinċipali (UA, SA, SUP) waqt li benefiċċji anċillari oħra (bonuses) jitwaqqfu.

- L-1 sena: Benefiċjarju (65%), Min iħaddem (25)%.
- It-2 sena: Benefiċjarju (45%), Min iħaddem (25)%.
- It-3 sena: Benefiċjarju (25%), Min iħaddem (25)%.

Eliġibbiltà​​

Benefiċjarji li fl-aħħar 36 xahar gawdew mill-Għajnuna għal dawk bla Xogħol (UA), Għajnuna Soċjali (SA) jew Ġenitur Wieħed mhux Miżżewġa (SUP) għal perjodu ta' 12 -il xahar jistgħu jkollhom il-benefiċċju tagħhom imnaqqas gradwalment fuq perjodu ta' 3 snin minflok jitwaqqfilhom għalkollox. Mill-1 ta' Jannar 2015, ġenitur wieħed ma baqax marbut għar-rekwiżit li jissodisfa perjodu ta' 12 -il xahar fl-aħħar 36 xahar.

Jekk benefiċarju ma jkunx approfitta ruħu mis-36 xahar, jista' jkompli jibbenefika mix-xhur li jkun fadal jekk hu/hi terġa' tibda taħdem.

Dokument meħtieġ: Għal Formola tal-JobsPlus ta' Bidu ta’ Impjieg għal Persuna Impjegata, agħfas hawn .

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika