Ħarsa ġenerali​

Il-Kontribut tal-Leave tal-Maternità li daħal fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 2015 permezz tal-Avviż Legali 257 tal-2015 (Att dwar Trusts u Trustees Kap. 331) għandu jitħallas minn min iħaddem għall-impjegati kollha tiegħu fis-settur privat.

Din l-iskema tapplika wkoll għal min jadotta tifel jew tifla.

Is-Servizz Pubbliku u l-Entitajiet tas-Settur Pubbliku; L-Awtoritajiet, l-Aġenziji u l-Korporazzjonijiet Pubbliċi huma eżentati minn din l-iskema.

Ir-rata tal-Kontribuzzjoni tal-Leave tal-Maternità hija 0.3% tal-paga bażika fil-ġimgħa kif ippubblikata fl-Avviż Legali 258 tal-2015 (Att dwar Trusts u Trustees Kap. 331.), li hija żieda mal-10 Skeda tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318).

X’se tingħata

Taħt din l-iskema, min iħaddem iħallas il-leave tal-maternità/adozzjoni lill-impjegati tiegħu għall-ewwel 14-il ġimgħa u mbagħad japplika għar-Rifużjoni mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali meta l-impjegata tirritorna għax-xogħol.

Eliġibbiltà​​

Il-kontribuzzjoni tal-Leave tal-Maternità għandha titħallas għall-impjegati kollha li għalihom jitħallsu l-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-ewwel Klassi u għall-impjegati kollha (inklużi part-timers) li mhumiex eliġibbli li jħallsu Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali iżda li huma eliġibbli għal-Leave tal-Maternità skont l-Att dwar l-Impjieg u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap. 452).

L-impjegati li ġejjin huma eżentati milli titħallas il-kontribuzzjoni tal-Leave tal-Maternità fir-rigward tagħhom:
• Impjegati ta’ 'l fuq minn 65 sena li huma eżentati mill-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali, iżda xorta meqjusa bħala f'relazzjoni ta’ impjieg
• Diretturi li huma responsabbli li jħallsu Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tat-tieni Klassi
• Impjegati fuq leave mhux imħallas li għalihom mhix qed titħallas l-ebda Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali
• Impjegati li jaħdmu b’mod każwali li għalihom mhix qed titħallas l-ebda Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali
• Persuni espatrijati li għalihom mhix qed titħallas Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali f'Malta
• Il-persuni kollha li jaħdmu għal rashom li mhumiex intitolati għal-Leave tal-Maternità

L-impjegati li ġejjin mhumiex eżenti milli titħallas il-Kontribuzzjoni tal-Leave tal-Maternità fir-rispett tagħhom:
• Impjegati part-time li mhumiex dovuti li jħallsu Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali fuq dak l-impjieg minħabba li huma diġà jħallsu minn impjieg ieħor full-time
• Persuni b'Diżabilità li huma rreġistrati bħala diżabili mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b'Diżabilità u li qegħdin f'impjieg
• Persuni (l-aktar interni) impenjati fuq kuntratti definittivi ta’ 6 xhur

Xenarji Oħra:
• Il-Kontribuzzjoni tal-Leave tal-Maternità għandha xorta titħallas skont il-paga bażika fil-ġimgħa għall-impjegati b'nofs paga
• Għandha titħallas ukoll għal part-timers li jaħdmu fuq sigħat irregolari, u dan għandu jiġi kkalkulat skont il-paga bażika fil-ġimgħa

Aspetti Oħra

L-Impjegat huwa obbligat li jibqa’ fl-istess impjieg għal 6 xhur:
Bħalissa l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali fih dispożizzjoni (Artikolu 36 (20), li teħtieġ li l-impjegati jerġgħu lura għax-xogħol għal perjodu ta’ 6 xhur wara li jibbenefikaw mil-leave tal-maternità, u fin-nuqqas tiegħu min iħaddem għandu jitħallas lura mill-impjegat.

Din id-dispożizzjoni tibqa’ valida u l-impjegat huwa obbligat li jimxi ma' tali regolament.

Skejjel tal-Knisja:
L-għalliema li jaħdmu fl-Iskejjel tal-Knisja mhumiex meqjusa bħala uffiċjali pubbliċi u għalhekk il-Kontribuzzjoni tal-Leave tal-Maternità għandha titħallas fir-rispett tagħhom.

Dokumentazzjoni relatata:

- Għall-Protezzjoni u Privatezza tad-Dejta, agħfas hawn .

- Għall-Manwal ta' Użu, agħfas hawn .

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika