Ħarsa ġenerali​

L-Assistenza għal Diżabilità tingħata lil persuna li jkollha 16-il sena jew aktar li tkun qed tbati minn, paraliżi totali jew malfunzjoni permanenti severa u totali jew inkella disabilità totali permanenti permezz ta’ amputazzjoni, jew xort’oħra, ta’ id jew sieq.

X’se tingħata

Assistenza għal Diżabilità titħallas kull 4 ġimgħat bil-quddiem.

Agħfas hawn għal Skeda ta’ Rati ta’ Benefiċċji u Assistenzi.

Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • L-applikant jrid ikollu 16-il sena jew aktar
  • L-applikant:
    • ikun ibati minn paraliżi totali; jew
    • ikun ibati minn malfunzjoni permanenti severa u totali; jew
    • ikun ibati minn diżabilità totali permanenti permezz ta’ amputazzjoni, jew xort’oħra, ta’ id jew sieq; jew
    • ikun ibati minn nuqqas ta’ smiegħ; jew
    • ma jkunx jitkellem
  • Applikant li kien eliġibbli għal Allowance għat-Tfal b'Diżabilità qabel l-età ta’ 16-il sena xorta jista’ jiġi eżaminat minn bord mediku.
  • Il-persuna tkun tbati mid-diżabilità qabel ma laħqet l-età ta’ 60 sena
  • Applikazzjoni għall-Assistenza għal Diżabilità mhux soġġetta għal Test tal-Meżżi Kapitali. Għalhekk applikant jista’ jkun qed iwettaq xogħol bi qligħ. Minn Jannar 2022, l-applikant ma jsirlux test tal-meżżi tad-dħul fil-ġimgħa. Għalhekk kemm il-Meżżi Kapitali kif ukoll il-Meżżi tad-Dħul fil-Ġimgħa mhux se jiġu kkunsidrati
  • Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 90 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) japplikaw "Drittijiet Duplikati", fejn benefiċjarju ma jistax jirċievi żewġ pensjonijiet; benefiċċji; assistenza jew allowance fl-istess ħin, iżda l-aħjar rata ta’ pensjoni; benefiċċju; assistenza jew allowance
  • Bord Mediku jiddeċiedi jekk il-każ in kwistjoni jaqax fil-parametri mediċi għal ħlas ta’ din l-assistenza

Kif tapplika​

Imla l-formola online u ibgħatha.
applika