Overview
Permezz ta’ dan is-servizz tista’ tbiddel id-dettalji ta’ kif titħallas. Jekk bħalissa qed titħallas pagamenti mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali permezz ta’ ċekk, tista’ tbiddel id-dettalji sabiex tibda tirċievi l-pagament b’depożitu dirett il-bank. Jekk diġà qed titħallas permezz ta’ depożitu l-bank, tista’ tbiddel kemm il-bank kif ukoll in-numru tal-kont. Tista’ tagħżel ukoll li tirċievi notifika permezz ta’ SMS bid-data tad-depożitu tal-benefiċċju tiegħek. Minn dan is-servizz ma tistax tbiddel id-dettalji lura sabiex titħallas permezz ta' ċekk.
Amministratur jew Aġent maħtur minn Amministratur ta' benefiċjarju reġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jista' wkoll jibdel id-dettalji bankarji tal-benefiċjarju billi jawtentika bl-e-ID tiegħu stess.
What You'll Get
- Faċilità sabiex tbiddel id-dettalji bankjari online u l-bidla tkun instantanjament.
- Faċilità sabiex tbiddel il-metodu tal-pagament tiegħek minn ċekk għal depożitu dirett il-bank.
- Faċilità sabiex tirċievi notifika permezz ta’ SMS bid-data tad-depożitu tal-benefiċċju tiegħek.
- Faċilità li d-depożitu jsir sa ġurnata qabel minn meta jkun dovut.
- Jekk ċittadin ikollu drittijiet ta’ Amministratur jew Aġent maħtur minn Amministratur fuq benefiċjarju, hemm ukoll il-faċilità li jiġu emendati d-dettalji bankarji tal-benefiċjarju għal min l-Amministratur jew Aġent maħtur minn Amministratur huwa responsibli għalih/a. Il-bidla tkun ukoll instantanja.
Jekk id-depożitu fil-kont bankarju ma jiġix iffinalizzat minħabba numru tal-kont ħażin jew għeluq tal-kont, il-benefiċjarju għandu jinnotifika lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali immedjatament online. Il-proċedura hija din li ġejja:
Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jinnotifika lill-Bank dwar it-tranżazzjoni.
- l-Bank iwettaq il-verifiki meħtieġa biex jispeċifika r-raġuni għaliex il-kreditu dirett ma ġiex iffinalizzat.
- Jekk it-tranżazzjoni tiġi approvata, jinħareġ il-ħlas b’ċekk, sakemm ma jkunx hemm talba separata biex jingħata numru ta’ kont tal-bank alternattiv. Madankollu s-sostituzzjonijiet taċ-ċekkijiet jistgħu jsiru biss fejn l-ammont ikun aktar minn €20, inkella għandu jiġi pprovdut numru tal-kont bankarju.
Din il-proċedura normalment tieħu minn 10 sa 15-il ġurnata biex tiġi ffinalizzata.
Mistoqsijiet Frekwenti
- Ipproteġi l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali tiegħek minn Sekwestru
- Pagamenti permezz ta’ Ċekk ta’ €20 jew inqas
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Qed tirċievi benefiċċju, allowance jew pensjoni. Dan ma japplikax għall-Amministratur jew Aġent maħtur minn Amministratur tal-benefiċjarju/a
- Tali intitolament għandu jiġi depożitat f'kont ta’ tfaddil jew kurrenti, iżda mhux f'kont ta' self
- Il-kont indikat għandu jkun f'isem il-benefiċjarju
- Kont ta’ e-ID maħruġ minn Identity Malta
Application Requirements
Imla l-formola online u ibgħatha.
applika