Ħarsa ġenerali​

Allowance għal Tfal fil-Kura - Servizz Residenzjali titħallas lil Djar residenzjali li jipprovdu servizz residenzjali lit-tfal.

Barra minn hekk, din l-allowance titħallas sakemm it-tfal jagħlqu wieħed u għoxrin (21) sena.

X’se tingħata

Il-Pagament għal din l-allowance titħallas kull 13-il ġimgħa bil-quddiem.

Agħfas hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Dawk id-Djar Residenzjali li jipprovdu Servizz Residenzjali iridu jkunu approvati mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.

Kif tapplika​

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Korrispondenza mal-Istituti li tindika tfal taħt il-kura tagħhom. Ikklikkja hawn biex tniżżel dan id-dokument.
  • Applikazzjoni approvata minn Aġenzija Appoġġ bid-dettalji tat-tfal (fil-każ ta’ ammissjonijiet ġodda). Ikklikkja hawn biex tniżżel id-dokument.

Kif tapplika

Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.

L-applikazzjoni trid tasal sa sitt (6) xhur mid-data tal-bidu tal-fostering skont kif stipulat fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). L-allowance jew parti minnha, tista’ tintilef jekk l-applikazzjoni tintbagħat tard.

applika