• ID login
  •  

Inklużjoni, Ugwaljanza u Ħarsien Soċjali


x’qiegħed tfittex?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
​​​​​​​​​​​
​
Ressaq Ilment
​
​​​
Avviż​
Home > Inklużjoni, Ugwaljanza u Ħarsien Soċjali > Solidarjetà Soċjali > Benefiċċji u Servizzi

Benefiċċji u Servizzi

  • Allowance għal Tfal b'Diżabilità

    Kull tifel jew tifla li huma ċċertifikati li jbatu minn xi diżabilità fiżika u/jew mentali jistgħu jingħataw allowance. Din l-allowance hija separata mill-Allowance tat-Tfal.

  • Allowance tat-Tfal (Dħul fis-Sena li Jaqbeż l-€24,924) - Għall-Perjodu mis-6 ta’ Jannar 2018 sal-5 ta’ Jannar 2019

    Dan il-benefiċċju huwa maħsub għal ġenituri li jkollhom il-kura u l-kustodja ta' wliedhom, u li d-dħul tagħhom jaqbeż il-€24,924.
  • Allowance tat-Tfal (Dħul fis-Sena li ma Jaqbiżx l-€24,924) - Għall-perjodu mis-6 ta’ Jannar 2018 sal-5 ta’ Jannar 2019

    Dan il-benefiċċju huwa maħsub għal ġenituri li jkollhom il-kura u l-kustodja ta' wliedhom, u d-dħul tagħhom ma jaqbiżx l-€24,833.
  • Aġġorna d-Dettalji ta' Kuntatt li għandhom id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali

    Permezz ta’ dan is-servizz tista’ tbiddel id-dettalji ta’ kuntatt tiegħek kif miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, li jinkludi d-dettalji tal-indirizz postali, indirizz tal-email, linja fissa, mobajl u n- notifika permezz ta’ SMS tal-pagament kif meħtieġ. Din l-aħħar għażla hija attivata biss għal dawk il-benefiċċjarji li qed jirċevu l-pagamenti b’depożitu dirett il-bank. Biex tkun tista’ tagħmel din il-bidla, l-ewwel trid tibdel id-dettalji tiegħek ma’ Identity Malta.

    Indirizz postali f'Malta u Għawdex jikkonsisti minn numru tad-dar, kif ukoll kwalunkwe żieda man-numru tad-dar u n-numru tal-appartament (jekk jeżistu), l-isem tat-triq, il-belt jew ir-raħal u l-kodiċi postali.

    Jekk inti toqgħod barra minn Malta u d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa diġa nfurmat, tista tibdel id-dettalji tiegħek minn dan is-servizz, sakemm il-pajjiż ta' residenza huwa l-istess. Imma biex tbiddel minn indirizz malti għal indirizz barrani u viċeversa, jew inkella minn indirizz barrani għal indirizz ta' pajjiż differenti, ma tistax tagħmlu minn dan is-servizz. Trid tikklikkja hawn biex tagħmel din it-talba. F’dan il-każ din l-informazzjoni ma tkunx mibdula instantanjament peress li qabel ikunu jridu jsiru l-verifiki meħtieġa.

  • Aġġorna d-Dettalji tal-Kont Bankarju tiegħek mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali

    Permezz ta’ dan is-servizz tista’ tbiddel id-dettalji ta’ kif titħallas. Jekk bħalissa qed titħallas pagamenti mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali permezz ta’ ċekk, tista’ tbiddel id-dettalji sabiex tibda tirċievi l-pagament b’depożitu dirett il-bank. Jekk diġà qed titħallas permezz ta’ depożitu l-bank, tista’ tbiddel kemm il-bank kif ukoll in-numru tal-kont. Tista’ tagħżel ukoll li tirċievi notifika permezz ta’ SMS bid-data tad-depożitu tal-benefiċċju tiegħek. Minn dan is-servizz ma tistax tbiddel id-dettalji lura sabiex titħallas permezz ta' ċekk.

    Amministratur jew Aġent maħtur minn Amministratur ta' benefiċjarju reġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jista' wkoll jibdel id-dettalji bankarji tal-benefiċjarju billi jawtentika bl-e-ID tiegħu stess.

  • Allowance għal Ġenitur Waħdu mhux Miżżewweġ

    L-Allowance għal Ġenitur Waħdu mhux miżżewweġ tista' tingħata lil ġenitur waħdu u mhux miżżewweġ li m’għandux xogħol bi qligħ.
  • Allowance għall-Carers

    L-Allowance għall-Carers tista’ tingħata lil persuna waħedha, miżżewġa, f’unjoni ċivili jew tikkoabita li għandha aktar minn 18-il sena u tkun qed tieħu ħsieb il-kura ta’ membru tal-familja, b’dipendenza baxxa, li jgħix fl-istess dar, fuq bażi full-time.
  • Allowance Miżjuda għall-Carers

    L-Allowance Miżjuda għall-Carers tista’ tingħata lil persuna waħedha, miżżewġa, f’unjoni ċivili jew tikkoabita li għandha aktar minn 18-il sena u tkun qed tieħu ħsieb il-kura ta’ membru tal-familja, b’dipendenza għolja, li jgħix fl-istess dar, fuq bażi full-time.
  • Allowance Supplimentari – Kap tal-Familja (Persuna Waħedha / Koppja)

    L-Allowance Supplimentari tista’ tingħata lil persuna li għandha dħul baxx u li ma tkunx qed tirċievi Allowance tat-Tfal. Din l-allowance hija maħsuba sabiex tgħin lill-persuna eliġibbli tlaħħaq mar-rekwiżiti tad-dħul tagħha.
  • Allowance Supplimentari – Mhux Responsabbli tal-Kap tal-Familja

    L-Allowance Supplimentari tista’ tingħata lil persuna waħeda, li taħdem bi dħul baxx, li ma tkunx qed tirċievi Allowance tat-Tfal u mhux responsabbli tal-familja li tgħix magħha. Din l-allowance hija maħsuba sabiex tgħin lill-persuna eliġibbli tlaħħaq mar-rekwiżiti tad-dħul tagħha.

  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
next
​​Freephone 153​
​
​​Freephone 153​
​​​servizz@gov.mt​​​
​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​Qed iċċempel​ minn barra?​
​+356 21255153​​
​​
​
servizz logo ​​ressaq ilment logo​ ​
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​ikkuntattjana
​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​​
​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
© servizz.gov 2022