Overview
Organizzazzjonijiet Volontarji, skont l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji (Kap. 492) tal-Liġijiet ta' Malta, huma meħtieġa li jiġu rreġistrati mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.
What You'll Get
Ladarba organizzazzjoni volontarja tiġi rreġistrata mal-Kummissarju u tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Liġi u Leġiżlazzjoni Sussidjarja tagħha, tkun tista' tgawdi diversi privileġġi kkontemplati fl-Artiklu 4 tal-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji (Kap. 492 tal-Liġijiet ta' Malta) jiġifieri:
a) Tagħmel ġabriet pubbliċi mingħajr aktar awtorizzazzjoni. (Kull ġabra pubblika għandha ssir skont liġi jew linji gwida applikabbli li jistgħu jinħarġu mill-Kummissarju minn żmien għal żmien.)
b) Tirċievi jew tkun benefiċjarja ta' għotjiet, sponsorships jew għajnuna finanzjarja oħra mill-Gvern, kull entità kkontrollata mill-Gvern jew il-Fond għal Organizzazzjonijiet Volontarji.
ċ) Tkun il-benefiċjarja ta' kull policy li tappoġġa attività volontarja li tista' tkun żviluppata mill-Gvern.
d) Tirċievi jew tkun benefiċjarja ta' eżenzjonijiet, privileġġi jew drittijiet oħra skont kull liġi.
e) Tkun parti minn kuntratti u impenji oħra, sew bi flus u sew jekk le, biex jingħataw is-servizzi biex jintlaħaq l-iskop soċjali tagħha fuq talba tal-Gvern jew kull entità oħra kkontrollata mill-Gvern.
Eligibility
Sabiex tikkwalifika biex tkun irreġistrata, l-organizzazzjoni għandha tkun:
a) Ma tagħmilx profitt (l-ebda parti mid-dħul, kapital jew proprjetà tal-organizzazzjoni m'għandha tkun disponibbli kemm direttament kemm indirettament għal xi promotur, fundatur, membru, amministratur, donatur jew xi interess privat ieħor);
b) Awtonoma (l-ebda involviment tal-Gvern);
ċ) Volontarja; u
d) Mhux kummerċjali.
Application Requirements
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Timeline
[{"Id":"fc9d5c8f-c0b9-e911-80ee-005056861353","StageName":"Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":1,"AddressName":"Office of the Commissioner for Voluntary Organisations","AddressLine1":"Sajjan Lane","AddressLine2":"National Road","AddressLine3":null,"AddressCity":"Hamrun","AddressPostalCode":"HMR 1680","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"27440388","AddressEmail":"vo@gov.mt","Duration":null},{"Id":"0e9e5c8f-c0b9-e911-80ee-005056861353","StageName":"Provvista tas-Servizz","StageNumber":2,"AddressName":"Office of the Commissioner for Voluntary Organisations","AddressLine1":"Sajjan Lane","AddressLine2":"National Road","AddressLine3":null,"AddressCity":"Hamrun","AddressPostalCode":"HMR 1680","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"27440388","AddressEmail":"vo@gov.mt","Duration":"Xahrejn"}]
applika