Ħarsa ġenerali​

Din l-iskema, Għotja fuq l-Akkwista ta’ Proprjetà hija intiża għal persuni li akkwistaw l-ewwel proprjetà wara l-1 ta’ Jannar 2022. Din l-għotja li ser tammonta għall-għaxart elef ewro (€10,000), ser tingħata fuq medda ta’ għaxar (10) snin lill-applikant li jkun akkwista proprjetà ta’ valur li ma jeċċediex il-ħames mitt elf Ewro (€500,000). L-għotja se tingħata permezz ta’ pagamenti ta’ elf ewro (€1,000) li se jingħataw darba fis-sena.

 

B’din l-iskema l-Awtorità tad-Djar ser tagħti nifs qawwi liż-żgħażagħ fl-ewwel snin kruċjali wara li jkunu wettqu dan l-investiment importanti f’ħajjithom u b’hekk tħeġġiġhom isiru sidien ta’ darhom.

 

X’se tingħata

  • L-Għotja taħt din l-iskema ser tlaħħaq għal għaxart elef ewro (€10,000) f’medda ta’ għaxar snin. Lammont ta’ elf Ewro (€1,000) ser jinħareġ mill-Awtorità tad-Djar darba fis-sena;

 

  • F’każ ta’ koppja li akkwistaw il-proprjetà flimkien u in solidum, u l-proprjetà ma tkunx l-ewwel residenza ta’ wieħed mill-applikanti, allura l-għotja tkun dik ta’ ħamest elef ewro (€5,000) ċioe’ ħames mitt ewro (€500) fis-sena għal għaxar (10) snin;

Eliġibbiltà​​

  • Il-proprjetà trid tkun inxtrat permezz ta’ self minn Bank (home loan)

 

  • Il-valur tal-proprjetà ma tridx taċċedi il-ħames mitt elef ewro (€500,000);

 

  • Il-proprjetà li tikkwalifika taħt din l-iskema għandha tintuża u tiġi okkupata mill-applikanti esklużivament bħala r-residenza ordinarja tagħhom;

Kif tapplika​

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

 

Hemm tariffa amministrattiva ta’ €25.00  li ma tingħatax lura meta tissottometti applikazzjoni.

applika