Ħarsa ġenerali​

Benefiċċjarju mid-Dipartiment tal-Art jista’ japplika għal fidi ta’ ċens rigward bċejjeċ ta’ art mogħtija b’ċens temporanju, jew b’ċens temporanju li wara ġie konvertit f’wieħed perpetwu jew b’ċens perpetwu, mid-Dipartiment tal-Art taħt l-Iskema tal-Home Ownership (HOS) qabel is-sena 1979.

X’se tingħata

Biex tibdel ċens temporanju f'ċens perpetwu u tifdi ċ-ċens.

Eliġibbiltà​​

Benefiċjarji ta' plots mill-Iskema Sir Sid Darek (HOS) li ngħatawlhom b'ċens temporanju, jew ċens temporanju li aktar tard bidluh f'wieħed perpetwu, jew ċens perpetwu mid-Dipartiment tal-Artijiet skont l-iskemi tiegħu qabel il-ħarġa tal-1979 jistgħu japplikaw, kemm-il darba l-applikanti jkunu:

i) Ma jkollhomx ċens pendenti skont il-klawsola 8 sotto paragrafu.
ii) Jagħmlu parti minn din l-iskema, u li jkunu konformi jew li qed ikunu konformi mal-kundizzjonijiet taċ-ċens.
iii) Ikunu jgħixu fid-dar mibnija fuq il-plot u jkunu taw lid-Direttur tal-Akkomodazzjoni Soċjali ċ-ċwievet tar-residenza tagħhom ta' qabel, fejn japplika.

Fil-każ ta' koppji miżżewġa ċ-ċenswalista għandu japplika in solidum mar-raġel/mal-mara tiegħu/tagħha.

F'dawk il-każi fejn iċ-ċenswalista ġie allokat biċċa art ħdejn il-biċċa art tiegħu/tagħha tal-HOS sabiex din il-biċċa art addizzjonali tagħmel parti mill-plot tal-HOS, din tiġi inkluża fil-fidi. Naturalment, iċ-ċens fuq il-biċċa art ħdejn il-plot tal-HOS jiżdied mal-plot imsemmija tal-HOS u l-iskema tinħadem daqslikieku l-erja kollha kienet plot wieħed.

F'dawk il-każi fejn l-art ta' ħdejha tagħmel parti mill-plott tal-HOS u hija fil-pussess taċ-ċenswalista bit-titlu ta' ċens temporanju, dan iċ-ċens temporanju jiġi kkonvertit f'wieħed perpetwu u jinfeda flimkien mal-plot tal-HOS. L-applikant għandu jkun iċ-ċenswalista tal-plot, m'għandux ikun bi ħlasijiet b'lura fiċ-ċens, u jkunu qed jokkupaw id-dar mibnija fuq il-plot.

Għat-Termini u l-Kundizzjonijiet jekk jogħġbok agħfas hawn hawn

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola u ibgħatha lil:

L-Awtorità tad-Djar
22, Triq Pietro Floriani
Floriana

jew fil-

Fergħa tal-Awtorità tad-Djar f'Għawdex
25, Triq Enrico Mizzi
Ir-Rabat

Flimkien mal-formola tal-applikazzjoni, benefiċjarju jkollu jħallas depożitu ta' €116.47 pagabbli l-Awtorità tad-Djar. Dan id-depożitu jitnaqqas mill ammont dovut biex jinfeda. Jekk il-benefiċjarju jirtira l-applikazzjoni tiegħu jew jekk l-att finali ta' fidi ma jkunx ippubblikat mhux b'nuqqas tal-Awtorità tad-Djar, id-depożitu mħallas jintilef ipso facto favur l-Awtorità tad-Djar. Mingħajr dan id-depożitu, l-applikazzjoni ma tiġix aċċettata. Flimkien mal-formola tal-applikazzjoni kif ukoll mad-depożitu, ikunu meħtieġa d-dokumenti li ġejjin (fejn japplika):

i) Kopja uffiċjali tal-att ta' ċens mogħti mill-Kummissarju tal-Artijiet, dak tal-att ta' Konverżjoni.

ii) Kopja tal-atti ta' trasferimenti sussegwenti.

iii) Kopja tal-Karta tal-Identità tal-benefiċjarju u l-mara tiegħu.

iv) L-aħħar irċevuta taċ-ċens. Formola ta' Dikjarazzjoni għat-Test tal-Mezzi:

https://housingauthority.gov.mt/en/Documents/Schemes/Declarations%20new%202015.pdf
applika