L-għan ewlieni tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) hija li tissalvagwardja l-Att dwar
Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Diżabilità) (Kap. 413.) tal-Liġijiet ta’ Malta. Ma tinvolvix biss
l-investigazzjoni tal-ilmenti riċevuti għal soluzzjoni possibbli, iżda tinvolvi ruħha kontinwament biex toffri
pariri dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Att, kemm lill-persuni b’diżabilità u lill-membri tal-familja
tagħhom (dawk affettwati direttament), kif ukoll lil persuni oħra fis-soċjetà li fuqha l-Att jimponi ċerti obbligi
(dawk affettwati indirettament).
Il-Bord li Jiddetermina x’Inhu Raġonevoli (TORB) huwa bord li jopera skont Artiklu 20 tal-istess Att u responsabbli
li jestabilixxi r-raġonevolezza ta’ kull azzjoni li għandha ssir minn persuna skont id-dispożizzjonijiet tal-Att jew
tal-UNCRPD inkluż kull alterazzjoni, tibdil u/ jew għoti ta’ servizzi u faċilitajiet u jekk dawk l-azzjonijiet
ikunux jistgħu jitwettqu mingħajr ma jġibu piż mhux ġustifikat.