Ħarsa ġenerali​

L-Assistenza għal Persuna Dipendenti mid-Droga tista' tingħata lil persuna li qed tattendi programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga jew alkoħol.

X’se tingħata

L-Assistenza għal Persuna Dipendenti mid-Droga titħallas b’rata fissa kull ġimgħa.

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • L-applikant irid ikun qed jattendi l-Programm ta’ Riabilitazzjoni mid-Droga volontarjament u mhux bħala riżultat ta’ deċiżjoni tal-qorti
  • L-Assistenza għal Persuni Dipendenti mid-Droga m’għandhiex Test tal-Mezzi
  • Kif tapplika​

    Dokumentazzjoni ġenerali:

    • Kopja tal-karta tal-identità
    • Ittra ta’ ammissjoni mill-istituzzjoni

    applika