Ħarsa ġenerali​

L-Aġenzija Sapport toffri s-servizz ta’ Interpretazzjoni tal-Lingwa tas-Sinjali għal individwi b’nuqqas ta’ smigħ li jużaw il-Lingwa tas-Sinjali Maltija (LSM). Ir-rwol tal-interpretu tal-lingwa tas-sinjali huwa li jinterpreta bejn il-lingwa mitkellma (Malti u Ingliż) u LSM, u viċeversa.

X’se tingħata

Servizzi ta’ interpretazzjoni huma offruti biex jiffaċilitaw il-komunikazzjoni fil-ħajja ta’ kuljum u għalhekk jinkludu varjetà ta’ setturi li jkomplu jallinjaw lil Malta mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità. Dawn is-setturi jinkludu (iżda mhumiex limitati għal) l-edukazzjoni, l-impjiegi, is-saħħa, il-liġi u l-qorti, attivitajiet soċjali u ta’ divertiment.

Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

Dan is-servizz huwa disponibbli għal individwi b'nuqqas ta' smigħ u għal individwi u entitajiet li jixtiequ jagħmlu s-servizzi jew l-avvenimenti tagħhom aktar aċċessibbli għall-utenti tas-servizz.

"

Kif tapplika​

Għal aktar informazzjoni jew biex tibbukkja s-servizz, wieħed jista’ jibgħat email fuq sli.sapport@gov.mt jew iċċempel jew jibgħat SMS fuq (+356) 7900 5988.

Kuntatt bit-telefon jista' jsir kif ġej:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: mit-08:00 - 18:00
Is-Sibt: mid-09:00 - 12:00
Il-Ħadd u Festi Pubbliċi: Mhux Disponibbli